sajf – Page 4 – One News

Notifiki

Il-Maltin jagħżlu l-baħar biex jiġġieldu s-sħana

Hekk kif illum hija festa pubblika, l-Imnarja, u l-maġġoranza tan-nies ma jkunux xogħol, bosta rħewla lejn il-bajjiet Maltin biex jiġġieldu s-sħana u jiffriskaw fil-baħar.

Dan jidher ċar minn Skyline Webcams, li juru kif il-bajjiet huma mimlijin daqs bajda. Fost oħrajn, bosta nies għażlu l-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Illum it-temperatura qed tinħass 39 grad celcius u din hija waħda mill-iktar jiem sħan sa issa fix-xahar ta’ Ġunju. Huma ħafna ukoll li għażlu li jeħduha franka mix-xogħol anke l-Ġimgħa u għalhekk se jkunu qed igawdu minn vaganza twila.

Aqra aktar

TWISSIJA dwar temperaturi għoljin

  • L-ogħla temperatura mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin

 Id-Diviżjoni għas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu matul ix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta biex wieħed jixxotta (dehydration).

Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd speċjalment lill-anzjani, lit-trabi, lit-tfal żgħar, lil persuni li jbatu b’mard kroniku jew li huma attivi ħafna – dawn għandhom iktar ċans li jiġu affettwati.

Aqra aktar

Jibda s-Sajf – Illum l-itwal ġurnata tas-sena

21 ta’ Ġunju – Illum hija l-ewwel ġurnata tal-istaġun tas-Sajf dan ifisser li dan il-jum huwa l-itwal wieħed tas-sena. Minkejja li s-sħana bdiet ġmielha u li n-nies diġà bdew imorru l-baħar, illum hija l-ġurnata uffiċjali li fiha jibda dan l-istaġun maħbub mill-bosta u mhux daqshekk minn oħrajn.

Is-Sajf f’pajjiżna huwa assoċjat, fost oħrajn, mal-vaganzi dan hekk kif it-tfal f’dan l-istaġun ikollhom tliet xhur ta’ mistrieħ u għalhekk ikollhom iċ-ċans li jgawdu l-baħar flimkien mal-familjari u ħbieb tagħhom.

Aqra aktar

Is-Sajf l-iżjed iebes għall-bdiewa

Il-Festa tal-Imnarja fi ftit tal-jiem oħra tfisser it-tmiem tal-istaġun agrikolu, hekk kif diversi frott bħad-dulliegħ u ħaxix bħal qar’aħmar jibda jsib postu fis-suq.

Tkellimna mal-agronomu Charles Zahra f’din l-intervista.

Aqra aktar

Il-maġġoranza jippreferu t-temperaturi għoljin u s-sħana

Fil-poll li għamilna fuq ONE.COM.MT minkejja li b’persentaġġ ta’ 2% biss, il-maġġoranza tal-qarrejja jippreferu x-xemx u l-baħar hekk kif 51% għażlu s-Sajf bħala l-istaġun preferut tagħhom.

Iżda jidher li x-Xitwa moderata ta’ pajjiżna tinżel għasel ukoll ma’ 49% ta’ 1,000 votant. Għalhekk, għall-maġġoranza hija ta’ aħbar tajba li llum hija l-iktar ġurnata sħuna sa issa b’24 grad celcius.

Aqra aktar

L-aħħar ċans għal ‘Summer on the move’

Is-sajf iġib miegħu ħafna ħin liberu, speċjalment għat-tfal u l-istudenti.

Okkażjoni ideali biex dawn, imma anke adulti, jipprattikaw xi sport. Il-Programm “Summer on the Move” ta’ SportMalta joffri propju din l-opportunità, b’għażla ta’ attivitajiet sportivi.

Aqra aktar

Ibassru li mhux se jkollna Sajf sħun daqs is-soltu

It-tbassir tas-sit tat-temp FirstMalta huwa li l-ġranet tas-Sajf, li jinsab wara l-bieb, mhux se jkunu sħan daqs kemm kienu fl-aħħar sentejn. Ir-rapport tat-temp qed ibassar li se jkun qed iseħħ il-fenomenu magħruf bħala El Niño li se jkun qed iwassal għal aktar temperaturi baxxi.

Aqra aktar

Ħarsa lejn il-finanzi tal-pajjiż fil-passat

L-impressjoni li qed tipprova tipromwovi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li l-Gvern preżenti kellu suċċess ekonomiku fuq xiex jibni, hija illużjoni.

Dan kien is-sentiment li spikka f’analiżi ekonomika fil-gazzetta Kullħadd li emfasizza kif sal-elfejn u tlettax pajjiżna kellu ekonomija li kienet qed tikber b’mod minimu ħafna u l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, l-elfejn u tnax  għalqet b’defiċit ta’ €362.3 miljun.

Aqra aktar

Send this to a friend