sajf – Page 3 – One News

Notifiki

Jibda l-istaġun sabiħ tar-Rebbiegħa

Propja dan il-mument f’nofs il-lejl bdiet ir-rebbiegħa. Dan l-istaġun jibda mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-jum il-21 ta’ Marzu u jispiċċa fl-20 ta’ Ġunju.

Kos kif itir iż-żmien…wara jiġi s-sajf; staġun li wkoll huwa tant mistenni.

Fir-rebbiegħa jkun hawn fjuri ta’ kull tip u s-siġar jibdew jagħmlu ż-żgħar. F’dan l-istaġun il-ġranet jibdew jitwalu u l-lejl jibda jiqsar. It-temp jisħon u ma nibqgħux nilbsu ħwejjeġ ħoxnin daqstant, għalkemm illum it-temp m’għadekx toħodlu kopja kif jgħid il-Malti.

Fost ċelebrazzjonijiet li jkollna f’dan l-istaġun nsibu l-Għid il-kbir li jiġi fir-rebbiegħa kif ukoll Jum l-Omm u Jum il-Missier ukoll.

Fr. Rob Galea f’Malta din is-sena

Fr. Rob Galea, il-qassis Malti u kantant li għandu tant segwaċi minn madwar id-dinja u li jibqa’ magħruf għall-prestazzjoni tiegħu ta’ suċċess fil-programm popolari X Factor qalilna li m’għandux riżoluzzjoni partikolari ħlief li jkompli jżur pajjiżi oħra apparti l-Awstralja u jwassal il-messaġġ ta’ Kristu permezz tal-mużika, meta tkellem ma’ ONE News.

 

Meta mistoqsi x’jaħseb li hu l-messaġġ t’Alla fid-dinja tal-lum, Fr. Rob jgħid: ‘li wieħed iċedi, u li nieqfu nħarsu lejna nfusna bi kburija’. Galea jżid li l-messaġġ m’huwhiex lanqas wieħed ta’ paċi fid-dinja biss iżda li nħarsu lejn ir-rigal t’Alla u ma nintrabtux mat-teżori ta’ din id-dinja.

 

Fr. Rob għandu l-ħsieb li jżur pajjiżna bejn Lulju u Awissu li ġej biex ilesti l-album li jmiss u forsi wkoll biex jagħmel kunċert f’pajjiżna, għalkemm dan għadu mhux pjan iffinalizzat. Galea jgħid: ‘’I love Malta with all my heart…’ u jżid li l-iskop tiegħu hu li jagħmel minn kollox u jgħin biex jissapportja l-poplu Malti ikompli jibni lilu nnifsu fl-imħabba t’Alla. 

L-aħħar preparamenti għall-Karnival tas-Sajf

Waslu fl-aħħar il-preparamenti għall-ħames edizzjoni tal-Karnival tas-Sajf. Dan ser isir ġewwa żewġ lokalitajiet differenti, f’San Pawl il-Baħar u Marsaskala.

Il-Karnival tas-Sajf jgħin sabiex dan l-avveniment joħroġ mill-Belt u jkun jista’ jitgawwdi mil-lokalitajiet l-oħra ukoll.

Aqra aktar

Kemm fadlilha din is-sħana qawwija? – aqra hawn

Is-sħana qawwija li qed taffetwana bħalissa mistennija żżid, dan hekk kif għada mistennija tkun l-agħar ġurnata t’Awwissu hekk kif il-massa ta’ arja sħuna li bħalissa tinsab fuq iċ-ċentru tal-Mediterran mistennija tersaq iktar viċin ta’ Malta. Dan skont rapport dettaljat fuq FirstMalta.

L-aħħar previżjonijiet tat-temp qed jindikaw li t-temperatura għada se tilħaq it-38C u minħabba kundizzjonijiet atmosferiċi, li jinkludu l-umdità, t-temperaturi se jinħassu sa’ 42C. Mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel għal 25C.

Aqra aktar

SKS f’Għawdex għall-“Fiera Sajfija tal-Ktieb”

SKS Publishers (Sensiela Kotba Soċjalisti) qed jistiednu lil dawk li għandhom għal qalbhom il-kotba iżuru l-istand tagħhom fil-Fiera Sajfija tal-Ktieb li se tittella’ f’Sir M. A Refalo Sixth Form, ir-Rabat Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju. Id-dar tal-Pubblikazzjoni se tkun qed tbigħ novelli, rumanzi minn awturi l-aktar magħrufa Maltin u Għawdxin li jinkludu l-awturi Alfred Sant, Frans Sammut, J.J Camilleri, Pawlu Xuereb, Lino Spiteri, Ġuże` Chetcuti, Karmenu Vassallo, u Mikiel Anton Vassalli, Juann Mamo, Ġuże` Bonnici, Ġuże` Ellul Mercer, Ġuże` Orlando, Gino Muscat Azzopardi, Ivo Muscat Azzopardi. SKS se jesebixxu ‘Is-Sejħa’, ġabra ta’ stejjer ta’ Lu Xun li inqalbu miċ-Ċiniż għall-Malti minn Clifford Borg Marks.

Aqra aktar

Send this to a friend