Notifiki

Skema għar-restawr tal-bastimenti tas-sajd

Permezz ta’ skema għar-restawr tal-bastimenti, is-sajjieda Maltin u Għawdxin ser ikunu qed igawdu minn massimu ta’ €2,700 f’fondi nazzjonali biex jagħmlu manutenzjoni professjonali tal-bastimenti tradizzjonali tas-Sajd. Aqra aktar

L-impatt ta’ COVID-19 fuq is-setturi tal-agrikoltura u s-sajd diskussa waqt video conference mill-ministri Ewropej

Minkejja li n-negozju fis-settur tas-sajd jista’ jidher li għadu għaddej bħal ma kien, fil-verità, ir-realtà mhux neċessarjament hekk kif tidher. Din il-pandemija qiedgħa taffettwa bis-sħiħ il-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet relevanti, u għaldaqstant dan kien is-suġġett ewlieni diskuss waqt high-level video conference mill-ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

Pjan ta’ azzjoni ġdid dwar is-sajd

Tul dawn l-aħħar jiem Malta ospitat konferenza tal-ogħla livell dwar is-sajd sostenibbli fuq skala iżgħar fil-Mediterran u l-Baħar Iswed . Dan sar sabiex ikun imħares l-interess tas-sajjieda ż-żgħar li f’Malta jagħmlu l-maġġoranza assolut tas-sajjieda.

Malta kienet il-pajjiż li laqgħet il-pajjiżi kollha ta’ madwar il-Mediterran, pajjiżi Ewropej kif ukoll dawk li ġejjin mill-Afrika li huma pajjiżi li jmissu mal-Mediterran. Dan sabiex niddiskutu is-sajjieda ż-żgħar li malta irridu ngħidu, dawn is-sajjieda jagħmlu għal 93% tas-sajjieda kollha.Aqra aktar

Issir konferenza tal-ogħla livell f’Malta dwar is-sajd

Għall-ewwel darba fid-dinja ser ikun iffirmat pjan ta’ azzjoni għas-sajd artiġġjanali fil-baħar mediterran u l-baħar l-iswed.

Dan ser ikun possibbli permezz ta’ konferenza tal-ogħla livell dwar is-sajd sostenibbli fuq skala iżgħar fil-Mediterran u l-Baħar Iswed li qed tittellgħa din il-ġimgħa f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Aqra aktar

Staġun batut għall-qbid tal-lampuki

Minkejja li l-istaġun ta’ din il-ħuta jinsab fl-aqwa tiegħu, jidher li s-sajjieda Xlukkajri qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ bosta sfidi li qegħdin iwasslu sabiex jinqabdu inqas ħut mis-soltu.

One News tkellem ma’ Frans Carabott- sajjied full time minn Marsaxlokk- li ilu jistad għal-lampuki għal madwar għoxrin sena.  Spjega kif għal kuntrarju ta’ snin precedenti sa issa għadu qabad biss mitt kilo fi tlett sajdiet. Spjega kif “bħalissa l-istaġun fetaħ u mhux qiegħed tajjeb ħafna, qiegħed ħażin ferm, morna tlett darbiet u ma qbadna xejn, imma s’issa għadna lanqas id-diesel ma fdejna.”Aqra aktar

Send this to a friend