saħħa – Page 7 – One News

Notifiki

Id-Diviżjoni tas-saħħa bi twissija dwar temperaturi għoljin

Id-Diviżjoni tas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.
Aqra aktar

Lejn it-tlestija tal-ewwel Stroke Ward f’pajjiżna

Is-sħubija ta’ Vitals Global Healthcare f’pajjiżna ma’ Partners Healthcare International u Spaulding Rehabilitation Hospital qed twassal biex f’pajjiżna jinfetħu strutturi ġodda. Fosthom l-Istroke Rehabilitation Ward, li qed isir ix-xogħol fiha bħalissa fl-Isptar Karen Grech.
Aqra aktar

BIEGĦU SAĦĦITNA GĦAL €20 MILJUN | Agħfas hawn għal dokumenti esklussivi

Gvern Nazzjonalista biddel il-liġijiet ambjentali ta’ Malta,  biex il-Kumpanija BWSC tkun tista’ tiffranka €20 miljun billi tibni power station tħammeġ aktar, fabbrika tal-kanċer, bl-istandards tal-Afrika, f’Marsaxlokk.

Dan il-każ imur lura għall-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista iżda llum qed nippubblikaw dokumenti li qed jaraw id-dawl għall-ewwel darba u li juru kif direttament wara din id-deċiżjoni kien hemm kandidat ta’ Simon Busuttil fuq l-għaxar distrett.

Fil-fatt, dwar din l-għażla li saret ftit tas-snin ilu l-gazzetta KullĦadd żvelat li kien l-eks Ministru u deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino li ddeċieda li l-liġijiet tat-tniġġis tal-arja f’Malta jinbidlu minn lejl għan-nhar sabiex il-BWSC tkun tista’ tirbaħ il-kuntratt tal-power station tal-heavy fuel oil f’Delimara.Aqra aktar

Fl-IVF ma nistgħux mmorru lura

Il-ġinekologu Marc Sant għamel twissija ċara.

Fil-kwistjoni tal-IVF, li qed tagħti tama lill-għexieren ta’ koppji jsiru ġenituri, ma nistgħux inreġġgħu l-arloġġ lura.  

Hu qal dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm Pjazza fi Pjazza li ddiskuta s-settur tas-saħħa.

Aqra aktar

IMPENN: SAĦĦA B’XEJN U TAL-OGĦLA LIVELL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne spjegaw l-impenn tal-Partit Laburista fis-settur tas-saħħa, jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu nhar it-tlieta ta’ Ġunju. 

IS-SERVIZZ TAS-SAĦĦA JIBQA’ B’XEJN U TA’ KWALITÀ

Waħda mill-prinċipji bażiċi tal-PL hija din. Il-PL huwa l-unika garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn. Se tibqa titwettaq politika li tiggarantixxi l-aqwa servizz tas-saħħa b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha

INĊENTIVI GĦAL DAWK BI SKEMA TA’ ASSIGURAZZJONI FUQ IS-SAĦĦA PRIVATA

Jingħata tax rebate, refund jew credit lil min iħallas private hospital health insurance policy

Din il-miżura tnaqqas il-piż minn fuq l-isptar ċentrali u l-qasam tas-saħħa jitjieb aktar

Aqra aktar

95% INQAS JISTENNEW OPERAZZJONI

Il-lista ta’ stennija fost pazjenti li kienu ilhom jistennew operazzjoni għal aktar minn sena u nofs naqset b’ 95%. Fadal biss 1,000 pazjent fost dawk li ilhom jistennew aktar minn sena u nofs għal operazzjoni. Ħabbar dan il-Ministru Chris Fearne meta żar id-dipartiment li fih isiru l-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

Kard elettronika mill-ispiżjar tal-għażla tiegħek

Il-Pharmacy of Your Choice – POYC, qegħdin jimxu dejjem aktar lejn sistema aktar teknoloġika. Fil-fatt, minn din is-sena, minflok il-paper based patient voucher, qed tinbidel għal POYC scheme membership card.

Din il-card, simili għal card tal-bank, li se tkun valida għal tliet snin, qed titwassal direttament fl-ispiżerija li l-pazjent ikun abbinat magħha, meta tkun waslet biex jagħlaq il-voucher tal-POYC. Mill-bidu tas-sena s’issa, diġàntbagħtu madwar 40,000 membership cards. B’kollox, ser jitqassmu 150,000 card. Din is-sistema se twassal għal aktar effiċjenza u kumdità ghall-pazjenti meta jiġu biex jiġbru l-mediċini.

Aqra aktar

Bil-PN fil-Gvern, l-Għawdxin imorru lura għal dan…

“Ma rridux li Gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura l-arloġġ għall-medjokrità”. Qal dan id-deputat Franco Mercieca, b’referenza għall-fatt li Partit Nazzjonalista ma jonorax il-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare jekk ikun hu fil-Gvern.

Spjega kemm is-servizz tas-saħħa f’Għawdex tjieb u s-servizzi żdiedu. L-għan ta’ dan il-Gvern hu li s-servizz tas-saħħa f’Għawdex ikun tajjeb daqs ta’ Malta, u mhux aktar ta’ piż. Per eżempju, għall-ewwel darba hemm konsulent li qed jieħu ħsieb l-emerġenza fl-isptar t’Għawdex. Lil-infermiera se jerġa jibgħathom lura? Il-chemotherapy se jwaqqfu? Dawn kienu domandi li staqsa Mercieca, filwaqt li sostna li minn dak li qal s’issa, kollox jindika li b’Simon Busuttil fil-Gvern, mhux se jkun hemm ebda garanzija.

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne qal li taħt din l-amministrazzjoni, hawn l-ambizzjoni li Għawdex isir ċentru ta’ turiżmu mediku. “Il-Partit Laburista għandu viżjoni għal Għawdex. Il-PN irid jeħodna lura” qal Fearne. Apparti li kien Spjega s-sitwazzjoni kif kienet qabel, meta l-isptar kien qisu tat-tielet dinja. Kif tista’ tara minn dan il-filmat. Il-filmat ta’ warajh huwa servizz ta’ One News mill-2013.

Aqra aktar

Send this to a friend