Notifiki

“Appell b’saħħtu favur ċertifikazzjoni Covid-19 Ewropea għall-ġid tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin” – Cyrus Engerer

“Wasal iż-żmien biex il-ħaddiema u n-negozji ż-żgħar Maltin u Għawdxin jingħataw is-serħan il-moħħ mill-Unjoni Ewropea li se tkun qiegħda tagħmel minn kollox biex fl-iqsar żmien possibbli jerġa’ jibda ċ-ċaqliq ħieles bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea b’mod sigur,” qal dan il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għat-tnedija ta’ ċertifikat diġitali Ewropew dwar it-tilqim kontra l-virus Covid-19.Aqra aktar

Jirriżenja l-uffiċjal Awstrijak responsabbli mix-xiri tal-vaċċin wara li ma għarrafx biex jinxtraw iżjed dożi

L-uffiċjal Awstrijak inkarigat mix-xiri tal-vaċċin irriżenja mill-kariga tiegħu.

Dan ftit jiem biss wara li l-Kanċillier tal-pajjiż, Sebastian Kurz ilmenta li Malta rċeviet wisq dożi tal-vaċċin hekk kif allega li pajjiżi bħal Malta għamlu ftehim sigriet ma’ kumpaniji farmaċewtiċi sabiex jirċievu iżjed dożi tat-tilqim.

Fil-fatt, il-Ministru għas-Saħħa fl-Awstrija Rudolf Anschober, it-Tnejn filgħodu qal li l-uffiċjal Clemens Auer għarfu bir-riżenja tiegħu.Aqra aktar

Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi fil-knejjes

Il-Knisja ħabbret li qed twaqqaf il-funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall-quddies tal-funeral u ċ-ċelebrazzjoni tar-rit taż-żwieġ.

Il-Kurja qalet li dawn il-miżuri li qed jitħabbru bi qbil mal-awtoritajiet tas-Saħħa, se jibqgħu fis-seħħ sal-ħdax tal-April.

Fi stqarrija il-Kurja qalet li l-Knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat-talb privat.

Il-Knisja saħqet biex meta wieħed jidħol il-Knisja għandu jibqa’ jimxi mal-miżuri kollha preżenti għall-ħarsien tas-saħħa.

L-Isqfijiet ħeġġew lil kulħadd biex f’dan iż-żmien iħarsu id-direttivi filwaqt li jappellaw għat-talb għas-saħħa tal-poplu tagħna.

L-Insara huma mistiedna ta’ kuljum jingħaqdu fit-talb permezz taċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mxandra anki fuq l-istazzjon ONE.

Send this to a friend