saħħa mentali – Page 2 – One News

Notifiki

Il-mard mentali fost tfal u żgħażagħ qed jiżdied

Il-mard mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u immigranti qiegħed dejjem jiżdied.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia waqt konferenza li trattat l-abbuż tat-tfal u ż-żgħażagħ:

“Nosserva dak li qed jiġri fuq mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ. Dan qed ikun komuni fost il-Maltin u l-immigranti li jkunu għaddew minn xi trawma”.Aqra aktar

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizza seminar dwar il-bullying u s-saħħa mentali

Waqt li kien qiegħed jindirizza seminar li kellu bħala tema “Il-bullying u s-saħħa mentali”, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne esprima t-tħassib tiegħu li l-każi rappurtati ta’ bullying qegħdin dejjem jiżdiedu filwaqt li enfasizza fuq l-ispinta li qed tingħata lill-qasam tas-saħħa mentali li sfortunatament għamel snin twal nieqes mill-prijorità li tixraqlu.Aqra aktar

Il-GWU tappella biex il-ħaddiema jkollhom aċċess għall-għarfien u kura dwar is-saħħa mentali

Il-General Workers’ Union  temmen li l-ħaddiema għandhom ikollhom aċċess akbar għall-għarfien u kura dwar is-saħħa mentali. Fl-isfond ta’ dan il-GWU diġà qed tieħu l-passi meħtieġa hekk kif fil-jiem li għaddew waqt il-Kungress Nazzjonali Straordinarju adotat politika ġdida dwar is-Saħħa Mentali fuq il-post tax-xogħol, bil-għan li mhux biss toffri post tax-xogħol li jkun konxju mill-ħtiġiet dwar is-saħħa mentali, iżda sservi wkoll ta’ mudell għall-imprendituri oħra biex anke huma jirrikonoxxu din ir-realtà fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom u jieħdu l-miżuri ta’ prevenzjoni meħtieġa.

Aqra aktar

Reazzjoni tal-President Coleiro Preca dwar ċajt fuq saħħa mentali

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca b’reazzjoni għal dak li ġara fin-Nadur, fejn vann intuża biex inkiteb kliem fuqu li seta’ weġġa’ xi nies qalet, li dan mhuwhiex aċċettabbli li biex niddevertu, noffendu lil nies għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali.

”Nikkundanna l-aġir ta’ dawk li pparteċipaw fil-Karnival tan-Nadur b’mod irresponsabbli u insensittiv…” saħqet il-President. Coleiro Preca wriet solidarjetà ma’ dawk kollha li għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet u appellat biex l-istigma tispiċċa darba għal dejjem.

Ġirja kontra l-istigma sabiex titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali

Kmieni is-Sibt filgħodu mijiet ta’ atleti ħadu sehem f’bosta tiġrijiet organizzati mill-ACAMH, l-assoċjazzjoni internazzjonali li tiffoka fuq il-qasam tas-saħħa mentali fit-tfal u ż-żgħażagħ. Dawn it-tiġrijiet bdew kollha mill-Isptar Monte Karmeli.

Għal din l-attività, li hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha, ħadu sehem ukoll diversi professjonisti li jaħdmu fil-qasam inkluż tobba u infermiera.

Ħadu sehem ukoll numru ta’ service-users fejn assistew fl-aspetti loġistiki tal-attivitajiet.

L-appell ta’ ACAMH Malta kien li bħala poplu għandna ningħaqdu biex flimkien ngħelbu l-istigma li hemm fuq il-pazjenti u s-servizzi tas-saħħa mentali.

Tinfetaħ dar għal pazjenti nisa li għandhom problemi ta’ saħħa mentali

F’Ħ’Attard infetħet dar li se tilqa fiha pazjenti nisa li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Id-dar kienet inizjattiva ta’ Richmond Foundation bl-għajnuna tal-Gvern.

Id-dar se tkun qed tilqa l-ewwel għaxar pazjenti nisa li jkunu ħarġu mill-Isptar Monte Karmeli sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jintegraw fil-komunita.
Aqra aktar

20% tal-persuni li jaħdmu jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali

Fl-2015, madwar 2000 persuna kellhom bżonn jidħlu l-isptar minħabba problemi serji ta’ saħħa mentali, fil-maġġor parti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 15-il ġurnata. Ħafna minnhom fittxew l-għajnuna jew qablu li jidħlu l-isptar.

Minkejja dan, 400 persuna iddaħħlu kontra l-volonta` tagħhom minħabba s-severita’ tal-kundizzjoni tagħhom. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-ħafna oħrajn li jsofru fil-kwiet mingħajr ma jfittxu l-għajnuna. Dawn mhumiex numri imma persuni, familji u individwi li jistgħu jkunu qrib tagħna.
Aqra aktar

Kura għas-saħħa mentali fil-komunitá

Meta persuna tbagħti minn anzjetá u depressjoni għandha tfittex l-għajnuna speċjalizzata mal-ewwel. Għaldaqstant, li tingħata l-kura fil-komunita stess hija kruċjali biex isir l-ewwel pass għall-fejqan. One News żar iċ-ċentru tas-saħħa mentali ta’ Raħal Ġdid li ta’ kuljum jilqa’ għexieren ta’ pażjenti.

Aqra aktar

Send this to a friend