Notifiki

“Irridu naraw aktar mediċini għas-saħħa mentali li jingħataw b’xejn” – il-PM

“Irridu naraw li aktar mediċini ta’ kura għall-persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali jidħlu fil-formularju tal-Gvern u b’hekk jibdew jingħataw b’xejn.”

Hekk saħaq il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela f’intervista ma’ tliet żgħażagħ waqt il-maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Laburista u mxandra fuq ONE.

Il-Prim Ministru kien mistoqsi dwar il-politika tal-Gvern Laburista għas-saħħa mentali u spjega kif din il-ġimgħa tħabbar li 28 pazjent ħarġu mill-isptar Monte Karmeli u issa qed jingħataw il-kura f’ambjent sabiħ, f’Casa Nuovo, f’Raħal Ġdid.

Dr Abela qal li l-Gvern irid jara li kemm jista’ jkun, il-kura għas-saħħa mentali tingħata fil-komunità.

Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar l-edukazzjoni u hawn semma programm ta’ rkupru fit-tagħlim immirat għal dawk l-istudenti li matul din is-sena skolastika fallew xi jiem mill-iskola minħabba l-pandemija.

Qal li hemm konkorenza tajba għal dan il-programm li se jibda x-xahar d-dieħel u jibqa’ sejjer sat-3 ta’ Settembru.

Il-Prim Ministru qal li deċiżjoni diffiċli li kellu jieħu fl-aħħar xhur kienet dwar l-għeluq tal-iskejjel u saħaq li l-ebda tip ta’ tagħlim ma jieħu post mija fil-mija, it-tagħlim fil-klassi.

Madankollu, il-Prim Ministru rringrazzja lill-għalliema li addattaw u taw dak kollu li setgħu biex ulied il-familji Maltin u Għawdxin baqgħu jirċievu l-edukazzjoni kif kien possibbli minħabba l-imxija.

Il-Prim Ministru semma wkoll il-programm ta’ tilqim ta’ pajjiżna u appella biex aktar żgħażagħ jibdew jitlaqqmu.

Tenna li l-vaċċin jibqa’ s-soluzzjoni.

Fl-intervista huwa saħaq li l-Partit Laburista jrid jibqa’ jkun attrezzat b’nies ġodda biex imexxi politika li tinvesti fin-nies.

Qal li l-partit huwa distint mill-Gvern u jrid ikun hu li anki jagħraf fejn l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.

Fl-intervista maż-żgħażagħ, il-Mexxej Laburista laqa’ l-fatt li f’Ottubru li ġej, Malta se tilqa’ għall-ewwel darba l-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej u mill-ġdid feraħ lil Georvin Bugeja li laħaq il-Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej.

Għenet persuna bi problemi ta’ saħħa mentali li bdiet tgara oġġetti lejn in-nies minn fuq il-bejt

Lorna Panzavecchia hija waħda mill-wieħed u erbgħin membru tal-Korp tal-Pulizija li aktar kmieni dan ix-xahar ingħataw ċertifikat ta’ mertu bħala rikonoxximent tax-xogħol li wettqu matul is-sena l-oħra.

Din l-uffiċjal tal-Pulizija fil-komunità, ġiet rikonoxxuta għall-intervent f’waqtu tagħha meta assistiet f’każ fejn kien hemm persuna bi problemi ta’ saħħa mentali, li kienet ta’ periklu għaliha nnifisha u għal terzi persuni, hekk kif bdiet tgara l-ġebel minn fuq bejt ta’ residenza.

Aqra aktar

“Wasalt f’punt fejn kelli bżonn l-għajnuna u l-għajnuna sabet lili” – Infermiera li taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali

“Wasalt f’punt f’ħajti li kelli bżonn l-għajnuna u l-għajnuna sabet lili flok jien sibt għaliex kien hemm punti fejn jiena ppruvajt intemm ħajti b’idejja.”

Din hija l-istorja ta’ Flora Tanti, li ta’ sentejn kienet adottata mir-Rumanija, u llum taħdem bħala infermiera fil-qasam tas-saħħa mentali.Aqra aktar

Servizz ta’ kura għas-saħħa mentali fil-komunità

F’Malta hawn ħames ċentri ta’ rijabilitazzjoni ta’ saħħa mentali li joffru servizzi ta’ occupational therapy lill-persuni li jkunu ġew riferuti għand id-Dipartiment minn professjonist privat. Aqra aktar

Send this to a friend