safar – Page 2 – One News

Notifiki

Sifirna iktar, domna iktar, infaqna iktar

 L-ammont ta’ Maltin li vjaġġaw barra l-pajjiż fl-2016 laħaq l-496,767, żieda ta’ 16.2% fuq l-2015.  Barra minn hekk, l-ammont ta’ ljieli li qattgħu Maltin fuq btala żdied b’6.7%.

L-ammont li nefqu barra l-pajjiż żdied b’9.1% fuq sena qabel, u laħaq l-€461.4 miljun.

Dan kollu jirriżulta minn ċifri li ppublika ftit tal-ħin ilu l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Qaltlu li sejra l-Arabja Sawdija imma ġiet Malta bit-tfal u sabet raġel ieħor

Il-Qorti laqgħat talba ta’ missier, biex uliedu ta’ seba u sitt snin imorru lura New Zealand minn Malta. Dan għaliex l-omm qed iżżommhom hawn mingħajr il-kunsens tal-missier.

Kien biss permezz ta’ email li l-missier sar jaf li wliedu jinsabu Malta. L-omm kienet qaltlu li kienet se teħodhom jaraw lin-nanniet fl-Arabja Sawdija, iżda meta kien qed ikellem lil bintu fuq Skype, din żvelat li kienu se jitilqu minn hemm.

L-omm provdiet il-verżjoni tagħha wkoll; qalet li l-missier li jgħix New Zealand ma kellux biex imantni lit-tfal, li qatt ma ftiehmu dwar kemm kienet se ddum barra minn New Zealand, li tinsab f’relazzjoni ma raġel ieħor hawn Malta, u li t-tfal huma kuntenti.

 

Malti telaq mix-xogħol biex idur id-dinja

“Selfie” b’kukkudrill fl-isfond immarka l-233 ġurnata minn meta Klejofa Agius, Malti ta’ 30 sena min-Naxxar, imbarka fuq il-vjaġġ tiegħu madwar id-dinja.

Huwa telaq l-impjieg tiegħu biex iwettaq ħolma li kienet ilha tberren f’moħħu għal diversi snin.
Beda mill-Italja fl-Ewropa, u mexa għall-kontinent Ażjatiku, fejn fost l-oħrajn żar it-Tajlandna, il-Myanmar, Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam u l-Indoneżja.

Aqra aktar

Is-safar mill-Maltin żdied b’20%  

In-numru ta’ vjaġġi minn Malta bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena laħaq il-207,795. Li jfisser li l-vjaġġi mill-Maltin żdiedu b’għoxrin fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Se ssiefer is-Sibt? Ħu ħsieb għax se jkun jum rekord

Kollox jindika li s-Sibt li ġej se jgħaddu l-akbar ammont ta’ passiġġieri mit-terminal tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal dan is-sajf. Maratona ta’ 148 tluq u nżul ta’ ajruplani ser twassal lil 22,500 passiġġier fid-destinazzjoni tal-btala tagħhom jew lura d-dar hekk kif il-vaganza tagħhom tiġi fi tmiemha.

Aqra aktar

Low Cost Travel tfalli

Lukandi Maltin kienu milquta mill-fatt li s-sit elettroniku Low Cost Travel falla. Dawn il-lukandiera qed jikkunsidraw miżuri mmedjati biex jaraw kif jimlew il-post ta’ dawk li kellhom il-btala tagħhhom mħassra.

Aqra aktar

“Evitaw safar lejn it-Turkija” – Il-Gvern Malti

Il-Gvern Malti qal li minħabba ċ-ċirkostanzi li żviluppaw fit-Turkija safar lejn dan il-pajjiż għandu jkun evitat.

Fi stqarrija ntqal li Maltin li bħalissa qegħdin fit-Turkija m’għandhomx joħorġu mir-residenza jew lukanda tagħhom, ikunu viġilanti ħafna jekk ikunu viċin persuni militari, armati jew ta’ sigurtá. Aqra aktar

Send this to a friend