Notifiki

BIL-FILMAT: Ryan Callus imur fuq ix-xandir u jgħid lil Miriam Dalli li jitħassarha 

Fil-programm XTRA preżentat minn Saviour Balzan fuq ix-xandir nazzjonali kien diskuss il-qasam tal-enerġija u fil-bidu tal-programm, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus ħareġ jgħid li hu jitħassar lill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli.Aqra aktar

Ryan Callus jiddenfendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi

Deputati nazzjonalisti komplew mal-kap Adrian Delia  jiddefendu lill-kelliem tal-oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi wara li poġġa lis-suldati tal-armata, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u lill-Prim Ministru Robert Abela taħt investigazzjoni fuq akkuza t’attentat ta’ qtil. Piena li ġġorr magħha għomor il-ħabs.Aqra aktar

Oġġezzjoni għal mistoqsija dwar nies b’diżabilità

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ilbieraħ filgħaxija oġġezzjona għal mistoqsija Parlamentari magħmula mid-Deputat Kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco lill-Ministri kollha dwar kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-Dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Il-Professur Scicluna iddeskriva l-mistoqsija bħala “insensittiva u politikament skorretta”. Huwa ma kienx lest jidentifika kemm hemm persuni b’diżabilità f’kull qasam.

De Marco qal li l-mistoqsija mhux politikament skorretta għax saret biex l-Oppożizzjoni tagħmel skrutinju fuq il-Gvern biex tara li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess ugwali .

Aqra aktar

Oppożizzjoni li tiskot meta tintalab opinjoni

“Deborah Schembri qaltli li ma tajniex proposti. Li hu tagħha intihula: tagħtna l-abboz xahar ilu u nirringrazzjaha”.

Kliem li tenna x-shadow Minister Ryan Callus fil-Parlament, dwar is-skiet tal-Oppożizzjoni meta kienet ikkonsultata dwar l-att li se jwaqqaf l-Awtorità tal-Artijiet. Illum dan qed ikun diskuss fl-istadju ta’ tieni qari.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri qalet li l-liġi għaddiet għand l-Oppożizzjoni aktar minn xahar ilu, iżda ma waslet ebda forma ta’ risposta.

Dan mikejja kemm il-Partit Nazzjonalista rikeb il-karru tal-ambjentalisti kull meta kien propost żvilupp ewlieni f’pajjiżna u minkejja kemm għajjat li dan il-Gvern għandu jimxi b’mod differenti fejn tidħol l-użu tal-art.

Aqra aktar

Send this to a friend