Russja – Page 9 – One News

Notifiki

Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu

Il-Pulizija għadhom kif arrestaw raġel b’relazzjoni ma’ tiri li ġew sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara, ftit sigħat wara li l-Ambaxxatur Russu għat-Turkija nqatel.

Sorsi qalu li r-raġel ħareġ arma li kienet moħbija fil-ġakketta u spara madwar tmien tiri fl-ajru. Hu twaqqaf mill-gwardji tas-sigurtà tal-Ambaxxata stess.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Jinqatel l-ambaxxatur Russu għat-Turkija

L-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrey Karlov nqatel wara sparatura f’Ankara it-Tnejn filgħaxija.

Informazzjoni minn fuq il-post tgħid li l-qattiel spara minn tal-inqas tmien tiri waqt li għajjat il-kliem Allahu Akbar. Rapporti mill-midja Torka qalu li l-Pulizija qatlu l-assassin li attakka lill-Karlov waqt esibizzjoni artistika fiċ-Ċentru tal-Arti kontemporanja f’Ankara.

Huwa mifhum li l-assassin daħal fl-esibizzjoni b’identifikazzjoni falza tal-Pulizija u wera rabja lejn is-sitwazzjoni f’Aleppo. Filfatt dan l-attakk sar jiem biss wara protesti fit-Turkija dwar l-appoġġ li r-Rusja qed tagħti lill-President Sirjan Bashar al Assad.

“Fir-Russja xejn ma jsir mingħajr Putin” – Obama

Il-President Amerikan Barack Obama qal li kien ordna lill-President Russu Vladimir Putin biex iwaqqaf it-tattiċi li kien qed juża waqt l-elezzjoni tal-pajjiż. Dikjarazzjoni li tikkonkludi li Vladimir Putin kien jaf dwar sistemi ta’ hacking, filfatt Obama qal li fir-Russja xejn ma jsir mingħajr Putin.

Aqra aktar

Relazzjonijiet kummerċjali aqwa bejn Malta u r-Russja

Waqt li kien qed jindirizza l-Forum Kummerċjali bejn Malta u r-Russja, il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti jrid jieħu r-relazzjonijiet bejn Malta u r-Russja f’livell ieħor. Il-fatt li qed isir dan il-forum juri li ż-żewġ naħat iridu jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom.
Aqra aktar

Jieħdu l-fuel ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq

Grupp ta’ bastimenti tal-gwerra Russi, inkluż l-unika wieħed li jġorr l-ajruplani,  huma irrapportati li ħadu l-fuel fil-baħar ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq, fi triqithom lejn is-Sirja.

Il-BBC jirrapporta dalgħodu li xi wħud mill-bastimenti li kellhom jidħlu f’port Spanjol kellhom operazzjoni abortita wara li alleati tan-NATO esprimew tħassib.

Nato jinsabu mħassba li l-ajruplani abbord se jintużaw għall-attakki fuq nies ċivili fil-belt Sirjana Aleppo.

Il-President Vladimir Putin aċċenna wkoll li l-bumbardament mill-ajru fuq il-Lvant ta’ Aleppo, miżmuma  minn ribelli, se jerga’ jibda.

Aqra aktar

Rapporti li Putin ordna tfal Russi li qed jistudjaw barra jmorru lura pajjiżhom immedjatament

Rapport fil-ġurnal Russu Znak jgħid li l-Gvern Russu qiegħed jitlob lill-uffiċjali u ħaddiema tal-Gvern jieħdu lill-uliedhom lura lejn ir-Russja b’mod immedjat, jekk dawn qed jistudjaw x’imkien barra mill-pajjiż.

Anke jekk dan ifisser li jwaqqfu l-programm edukattiv tagħhom ħesrem u ma jkomplux sal-aħħar tas-sena skolastika.

L-artiklu jżid jgħid li jekk il-ġenituri ta’ dan it-tfal jgħixu barra wkoll, għandhom imorru lura. Din ma tapplikax biss għat-tfal iżda għall-istaff amministrattiv, u uffiċjali ta’ kull livell fis-settur pubbliku. Skont Znac, kull min ma jobdix dawn l-istruzzjonijiet, ikun qiegħed ixekkel il-karriera tiegħu fis-settur.

Aqra aktar

Send this to a friend