Russja – Page 5 – One News

Notifiki

ARA: Robbie Williams joħroġ is-suba’ tan-nofs

Waqt il-kanzunetta uffiċjali tal-ftuħ tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, Robbie Williams għoġbu jsellem lill-pubbliku internazzjonali li kien qed isegwi dan l-avveniment billi mill-qalb jidher joħroġ is-suba’ tan-nofs.

Tgħid għax qata’ xewqa oħra; dik li jkanta fil-ftuħ ta’ dan l-avveniment?

 

Ħerqa kbira fost id-dilettanti Maltin għat-tazza tad-dinja

 

It-Tazza tad-Dinja tinsab magħna u kulma jmur id-deni fost il-partitarji għal din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja qiegħed dejjem jiżdied.  Dan jista’ jingħad ukoll għal Malta hekk kif Crew ta’ ONE NEWS mar jiltaqa’ mad-dilettanti tat-Tazza tad-Dinja li rħewla sa Triq il-Merkanti sabiex ipartu l-kupuni ħalli jkunu jistgħu jagħqdu l-album.

Tkellimna ma’ Domenic Anastasi li kien il-moħħ wara din l-inizjattiva li ilha ssir f’Malta għal dawn l-aħħar 30 sena:

Jiena peress li dilettant tal-futbol missieri bin-negozju konna 5 subien u għedt mhux posti u bdejt nipprova nsib xi haga u minn dejjem kont dilettant tal-futbol dejjem nibgħat l’hemm u l’hawn u minn hemm bdiet l-istorja.

Is-Sur Anastasi qal li ta’ kuljum jiġu diversi nies madanakollu, l-aktar li jkunu mħabbtin huwa fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Triq il-Merkanti tkun maħnuqa b’mijiet ta’ persuni fosthom anke politiċi u turisti li jkun għal btala f’Malta:

L-iktar li jiġu huwa s-sibt ikun hawn mijiet- kuljum dejjem ikun hawn filghodu dawk it-30/40 ruħ.  Din ilha sejra xi 30 sena li jiġu hawn u jpartu sar post magħruf bħala tal-kupuni.  Barranin tal-cruiseliners jigu icemplu l familji u joqodu jpartu- qas jarraw il-pajjiz biex joqgħodu jpartu.

Minkejja li t-tradizzjoni ilha ssir tul dawn is-snin kollha, illum il-ġurnata, t-tpartit tal-uċuh tal-players tal-futbol qiegħed isir ukoll online permezz ta’ diversi gruppi fuq il-media soċjali.

23 diplomatiku Russu jitilqu mill-Ingilterra

Matul il-jum tat-Tlieta ħallew l-Ingilterra it-23 diplomatiku Russu li tkeċċew mill-Ingilterra b’rabta mal-attakk b’ aġent kimiku, Novichok.

Dan l-attakk sar fil-konfront tal-eks spija Russu Sergei Skripal flimkien ma’ bintu Yulia.

Dawn id-diplomatiċi Russi tkeċċew mill-Gvern Ingliż wara li allegatament il-moħħ wara dan l-attakk kien il-Kremlin.

Intant, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May għal darba oħra laqqgħet il-Kunsill Nazzjonali tas-sigurtà sabiex jiġu evalwati numru ta’ sanzjonijiet oħra fil-konfront tar-Russja.

Ara: Putin favorit li jibqa’ l-President tar-Russja

Mix-xena nternazzjonali se nsegwu l-andament tal-elezzjonijiet Presidenzjali fir-Russja hekk kif illum il-Poplu Russu ħareġ jivvota fl-elezzjoni sabiex jeleġġi president ġdid. Bl-aktar kandidat favorit ikun il-President attwali Vladimir Putin li mistenni jikseb sebgħin fil-mija tal-voti.

Se naraw ukoll kif San Patrizju ġie ċċelebrat b’ mod differenti madwar id-dinja.

Aqra aktar

Theresa May se tkeċċi 23 diplomatiku Russu

L-Ingilterra se tkeċċi 23 diplomatiku Russu wara li r-Russja baqgħet tirrifjuta li tagħti spjegazzjoni dwar il-qtil ta’ eks spija Russu Sergei Skripal u bintu Yulia ġewwa Salisbury.

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li d-diplomatiċi Russi għandhom ġimgħa żmien biex iħallu l-pajjiż.

Ir-Russja irrifjutat li tikkopera f’dan il-każ.

Ajruplan Russu jiġġarraf fis-Sirja

Ajruplan Russu tat-trasport iġġarraf fis-Sirja u b’konsegwenza ta’ hekk, mietu 26 passiġġier u s-sitt membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord.

Il-Ministeru tad-Difiża kien kwotat mill-midja Russa jgħid li l-ajruplan tat-tip An-26 iġġarraf waqt li kien nieżel fil-bażi tal-ajru Hmeimim, viċin il-belt Sirjana Latakia.

Ir-Russja qalet li ma kienu sparati l-ebda tiri lejn l-ajruplan, u informazzjoni preliminarja qed tissuġġeriexxi li kienet ħsara teknika li kkawżat l-inċident.

Bħalissa tinsa għaddejja investigazzjoni.

Send this to a friend