ruling – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-Ispeaker jiddeċiedi kontra l-Oppożizzjoni li riedet iġġib l-Awditur Ġenerali bħala skrivan

Deċiżjoni tal-Ispeaker f’seduta parlamentari t-Tnejn filgħaxija tat raġun lil Gvern u warbet l-argument tal-Oppożizzjoni dwar talba li għamlet l-Oppożizzjoni f’laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi li kienet qed tiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas nhar l-Erbgħa filgħaxija.Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-Ispeaker jgħid lil David Thake li ma jistax jindaħal kif jingħataw it-tweġibiet parlamentari

L-Ispeaker saħaq li s-Sedja tal-Parlament m’għandha l-ebda jedd li tindaħal kif tingħata tweġiba għal mistoqsija parlamentari.

F’ruling li ta fil-bidu ta’ seduta parlamentari llejla, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling għal talba tad-deputat Nazzjonalista David Thake.

Thake talab lill-Ispeaker jara hux tweġiba denja għall-ogħla istituzzjoni li kien ta l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia.

Il-mistoqsija ta’ Thake kienet dwar siġra tal-Milied.

BIL-FILMAT: ONE NEWS ma għamilx rappurtaġġ falz – Ruling tal-Ispeaker fuq talba ta’ David Agius

F’ruling li ta llejla, fil-bidu ta’ seduta parlamentari, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li r-rappurtaġġ ta’ ONE News, fuq mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni u li ġiet diskussa nhar il-Ħamis li għadda, ma kienx wieħed falz. Aqra aktar

Send this to a friend