Notifiki

L-Italja tirbaħ il-Eurovision permezz tal-grupp Måneskin

L-Italja permezz tal-grupp Måneskin, rebħet il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-grupp rock Taljan seraq il-qlub tal-Ewropej u l-ġurija bil-kanzunetta ‘Zitti E Buoni’.

Din hi l-ewwel kanzunetta rebbieħa fuq stil rock fi ħmistax-il sena hekk kif l-aħħar u l-unika grupp rock rebbieħ fil-Eurovision, qabel ta’ din is-sena, kien il-grupp Finladiż Lordi bil-kanzunetta ‘Hard Rock Hallelujah’.

L-Italja issa rebħet il-Eurovision tliet darbiet, fl-1964, fl-1990 u din is-sena.

Malta rappreżentata minn Destiny spiċċat fis-seba’ post fil-finali tal-Eurovision.

Destiny tat wirja stupenda fil-finali.

Fil-vot tal-ġurija, Malta ġiet fit-tielet post u kisbet 12-il punt minn bosta pajjiżi fosthom l-Awstralja u r-Rumanija.

Mill-vot tal-pubbliku Malta kisbet biss 47 punt.

Għal Malta huwa l-aqwa riżultat mill-2013 meta Gianluca Bezzina kien ġie fit-tmien post.

Minkejja dan, pajjiżna kien kwotat ferm u kien mistenni jiġi mal-ewwel tliet postijiet skont id-djar tal-imħatri.

Intant ftit tal-ħin ilu ħarġu wkoll ir-riżultati tas-semifinali fejn nhar it-Tlieta, Malta rebħet l-ewwel semifinali hekk kif bil-voti magħduda flimkien tal-ġurija u l-vot tal-pubbliku, Destiny ġiet l-ewwel.

Fil-finali Malta kisbet 255 punt u qabel Malta kklassifikat il-Finlandja u wara Malta ġiet il-Litwanja.

Destiny se tkanta fis-sitt post fil-finali tal-Eurovision

L-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest, Destiny se tkun qed tkanta fis-sitt pożizzjoni fil-finali tas-Sibt.

Wara li l-Ħamis filgħaxija għaddew l-aħħar għaxar pajjiżi għall-finali, it-tim tal-produzzjoni tal-Eurovision f’Rotterdam ħareġ l-ordni ta’ kif se jipparteċipaw is-26 pajjiż finalist.

Dan wara polza li saret biex ikun magħruf jekk pajjiż jikkompetix fl-ewwel jew fit-tieni nofs tas-serata.

Qabel Malta se tkanta l-kantanta Russa u wara eżatt Malta se jitla’ fuq il-palk il-grupp mill-Portugall.

Skont l-aħħar żviluppi mid-djar tal-imħatri, Franza issa hija l-aktar favorita li tirbaħ il-Eurovision u l-kantanta Barbara Pravi se tkanta fl-għoxrin pożizzjoni.

Il-grupp rock Taljan Måneskin se jikkompeti fl-erbgħa u għoxrin pożizzjoni.

Malta tinsab momentarjament fit-tielet post fost id-djar tal-imħatri.

 

L-aħħar għaxar pajjiżi jgħaddu għall-finali tal-Eurovision tas-Sibt

Illejla għaxar pajjiżi oħra għaddew għas-serata finali tas-Sibt li ġej, tal-Eurovision Song Contest.

F’Ahoy Arena f’Rotterdam, l-Olanda, ittellgħet serata spettakolari oħra tal-Eurovision fejn minn fost sbatax-il pajjiż, għaxar pajjiżi oħra ngħaqdu mal-finalisti li hemm diġà għas-Sibt, fosthom Malta.

Il-pajjiżi li għaddew għall-finali huma: l-Albanija, is-Serbja, il-Bulgarija, il-Moldova, il-Portugall, l-Iżlanda, San Marino, l-Iżvizzera, il-Greċja u l-Finlandja.

Għada l-Ġimgħa jkomplu l-impenji għad-delegazzjoni Maltija fejn Destiny ikollha żewġ provi ġenerali oħra, b’dik ta’ filgħaxija tkun importanti għax tivvota l-ġurija fil-finali kkontestat minn sitta u għoxrin pajjiż.

 

Destiny se tkanta fl-ewwel nofs tal-finali tal-Eurovision

Destiny se tkun qed tkanta fl-ewwel nofs tal-finali tal-Eurovision Song Contest tas-Sibt li ġej.

Dan sar magħruf permezz ta’ polza f’konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Rotterdam illejla wara li Malta kwalifikat għall-finali.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, l-ambaxxatriċi Maltija għaddiet messaġġ b’saħħtu favur l-emanċipazzjoni tan-nisa.

Qalet li l-kanzunetta ‘Je me Casse’ għandha messaġġ li jista’ jirreleta miegħu kulħadd.

Mistoqsija kif tħossha issa, li skont id-djar tal-imħatri qabżet fit-tieni post wara l-Italja, Destiny qalet li hija tħossha onorata li hija finalista tal-Eurovision Song Contest.

AQRA WKOLL

Destiny twassal lil Malta għall-finali tal-Eurovision Song Contest

AĠĠORNAT: Jikkanċellaw kunċert wara sejba ta’ vann mimli b’ċilindri tal-gass

Il-Pulizija arrestat ġuvni ta’ 22 sena f’Brabant, sigħat wara li ġie kkanċellat il-kunċert f’Rotterdam.

Ir-raġel ġie arrestat fis-2:00 ta’ filgħodu wara li ġie ssuspettat li kien l-persuna li hedded li se jwettaq l-attakk

Aktar Qabel: Vann li fih kien hemm ċilindri tal-gass instab viċin post fejn kellu jsir kunċert tal-mużika f’Rotterdam, sigħat wara li informazzjoni anonima mingħand il-pulizija Spanjola wasslet biex jitħassar kunċert tar-rock.

Aqra aktar

Send this to a friend