Rosianne Cutajar – One News

Notifiki

Il-ġimgħa d-dieħla se titressaq għat-tieni qari l-liġi favur rappreżentanza iżjed ugwali fil-Parlament 

Il-ġimgħa d-dieħla fil-Parlament se titressaq għat-tieni qari, il-liġi sabiex is-sess l-inqas rappreżentat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ikollu kważi rappreżentanti ugwali daqs is-sess l-ieħor.Aqra aktar

Il-PL jippreżenta l-proposti kontra r-razziżmu u l-ksenofobija

Il-Partit Laburista, permezz tal-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista Daniel Micallef, flimkien ma’ Rebecca Buttigieg li qed tmexxi l-forum ‘Ilkoll Indaqs’ fl-inizjattiva 100 idea, ippreżentaw il-proposti tagħhom għall-pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.Aqra aktar

Ġiet approvata liġi li tirrikonoxxi uffiċjalment familji li jikkoabitaw

Ġimagħtejn ilu għadda mill-Parlament l-att dwar il-koabitazzjoni. Liġi li tirrikonoxxi uffiċjalment familji li jikkoabitaw, mingħajr ma jkunu miżżewġin jew f’unjoni ċivili.

L-att dwar il-koabitazzjoni se jipproteġi u jagħti aktar drittijiet lill-koppji li jgħixu flimkien. Aqra aktar

Elfejn persuna applikaw għal programm ta’ integrazzjoni

Id-direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni (HRID) għandu l-għan li ikompli jwettaq politika favur l-ugwaljanza fil-faxxex kollha tas-soċjetà sa minn mindu twaqqfet fl-2015 fosthom dawk relatati mal-LGBTIQ, l-ugwaljanza, l-integrazzjoni u r-razziżmu. Dan billi jara li kull individwu jiġi rispettat u jħossu parti mis-soċjetà li ma tiddiskriminax fejn tidħol id-diversità u ll-libertajiet ċivili u l-libertà tal-bniedem.Aqra aktar

Send this to a friend