roħs – One News

Notifiki

Jitraħħsu 23 mediċina fosthom tal-pressjoni u antibijotiċi

Tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ 23 mediċina li wħud minnhom se jwasslu għal roħs sa 25% fil-mija fil-prezz.

Fost dawn antibijotiċi, mediċina kontra d-dipressjoni, pillola kontraċettiva, u kontra l-allerġija.

L-antibijotiku tal-penicilin magħruf bħala Augmentin raħas b’25 % u għalhekk il-pazjent se jiffranka minn roħs li jlaħħaq il-€5. Tħabbar ukoll roħs ta’ 22% fuq mediċina għad-dipressjoni, u ta’ 18% fuq pilloli kontraċettivi. Aqra aktar

Rati orħos għall-parkeġġ f’Mater Dei

Fix-xhur li ġejjin il-pubbliku li jżur l-isptar Mater Dei mistenni jibda jħallas tariffi orħos għall-parkeġġ.

Ħabbar dan id-deputat Prim Minitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament bit-tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.

Il-Ministru qal li r-rati preżenti li jvarjaw minn tmenin ċenteżmu għal aktar aktar minn erbgħa ewro huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar tal-elfejn u tmienja.

Dr Fearne qal li skont il-kuntratt rivedut f’Jannar tal-2008, Gvern Nazzjonalista intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn mill-parkeġġ pubbliku tal-isptar, iżda saħansitra jħallas hu lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni tal-apparat.

Il-Ministeru għas-Saħħa żied li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parkeġġi pubbliċi kollha tal-Isptar Mater Dei.

Fil-fatt, il-Ministru qal li l-kuntratt issa huwa aġġudikat u se jiżgura li l-kuntrattur ikun responsabbli mit-tmexxija kollha tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal il-flus permezz ta’ dan l-arranġament.

Fl-istess waqt il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta’ parkeġġ għal pubbliku.

 

Roħs sostanzjali f’għadd ta’ mediċini

Il-gvern ħabbar roħs ieħor fil-prezzijiet ta’ diversi mediċini fosthom mediċina li tintuża kontra l-kanċer fil-musrana l-kbira flimkien ma’ oħrajn li jintużaw għat-trattament ta’ kundizzjonijiet differenti inkluż id-dijabete, l-acne, ansjetà, mard tal-għadam, u l-ażma. Din hija d-disa’ darba f’din il-leġislatura li l-prezz tal-mediċini qed jorħos.

Fl-aħħar ġimgħat kienu awtorizzati ukoll numru ta’mediċini ġeneriċi ġodda  li minnhom il-konsumaturi ukoll se jkunu qed jibbenefikaw  sa massimu ta’ 74% fi prezzijiet orħos fuq mediċini tad-ditta.

Dan ifisser roħs fuq 29 mediċina.

Aqra aktar

Se ssiefer? Il-biljetti tal-Air Malta huma mraħħsa!

Bejn illum u nhar il-Ġimgħa, l-Air Malta qed toffri biljetti bi prezzijiet imraħħsa. Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li r-ritorn mill-btajjel tal-Milied m’għandux għalfejn ikun daqshekk diffiċili, għaliex wieħed jista’ jippjana btala bil-prezzijiet tal-biljetti jibdew minn €35.

L-offerta tgħodd għal 17-il destinazzjoni l-aktar popolari tal-linja tal-ajru.

Is-sale ta’ 72 siegħa beda fid-09:00 dalgħodu u jagħlaq nhar il-Ġimgħa fid-08:59 (filgħodu).

Aqra aktar

Bassru roħs fiż-żejt, iżda mhux fil-kont

Il-gazzetta Kulħadd żvelat partijiet minn rapport tal-Enemalta imħejji minn gvern preċedenti, li ġġib għal kollox fix-xejn id-dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u esponenti tiegħu li kien minħabba l-prezz taż-żejt li l-prezzijiet tal-enerġija inżammu għoljin. Argument li għadu jsir sa issa.

Aqra aktar

Roħs ieħor fil-gass – l-irħas f’ħames snin

Minn nhar it-Tnejn il-Maltin se jibdew igawdu mill-irħas prezz tal-gass fl-aħħar ħames snin. Dan meta jerġa’ jidħol fis-seħħ roħs ieħor li se jara ċilindru tal-gass jinżel għal €14.50 minn €15.

Fi stqarrija tal-Gvern intqal li dan ir-roħs se jibqa’ stabbli fuq medda ta’ diversi xhur bħala parti mill-politika ta’ stabbilità fuq il-prezzijiet tal-gass mill-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend