rockestra – One News

Notifiki

Il-President “kurjuż” dwar ‘Rockestra’

Pawlu Borg Bonaci u Sigmund Mifsud.

Flimkien dejjem lesti biex jivvintaw xi waħda.

Iżda, flimkien huma wkoll l-imħuħ wara Rockestra li din is-sena se ssir fit-28 ta’ Settembru.

Se tkun ukoll l-ewwel waħda tal-President George Vella li qalilna li hu xi ftit jew wisq kurjuż biex ikun jaf biex se joħorġu.  Aqra aktar

Illejla r-ritorn ta’ Rockestra

Jerġa’ jirritorna l-appuntament annwali ta’ Rockestra hekk kif il-preparamenti għaddejjin bla waqfien sabiex bħal kull sena dan il-festival jibqa’ jilħaq l-aspettattiva tal-pubbliku.Aqra aktar

Rockestra 100%Rock għal din is-sena

Wieħed mill-avvinamenti annwali fil-kalendarju tal-Malta Community Chest Fund Foundation huwa bla dubju Rockestra.  Issa fid-disa’ sena konsekuttiva, Rockestra, għal darb’oħra ser jwassal mużika mill-aqwa u bi skop nobbli ta’solidarjeta’.Aqra aktar

Eluf jieħdu pjaċir f’Rockestra

L-Orkesta Filarmonika Nazzjonali reġgħet ma ddiżapuntatx. L-edizzjoni 2016 ta’ Rockestra kienet waħda li tat pjaċir lill-eluf li attendew u segwew uħud mill-aqwa kantanti f’pajjiżna joffru wirja ta’ mużika popolari b’laqta rock.

Aqra aktar

Servizz speċjali tat-trasport pubbliku għal Rockestra 2016

Malta Public Transport se topera servizz speċjali dirett għal kunċert ta’ Rockestra 2016 li se jtella’ is-Sibt 10 ta’ Settembru fl-MFCC f’Ta’Qali.

Kull sena dan il-kunċert b’risq il-Malta Community Chest Fund, jiġbor flimkien numru ta’ kantanti Maltin li jagħtu spettaklu live akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta.

Malta Public Transport se topera rotta speċjali mill-Belt Valletta għal Ta’ Qali, b’servizzi li jitilqu mill-Venda tal-Belt fil-17:15, is-18.15 u s-19:15.

Fl-aħħar tal-kunċert, il-vjaġġi lura minn Ta’ Qali għall-Belt Valletta se joperaw fl-22:45, il-23:30 u nofsillejl.

Aqra aktar

Għada r-Rockestra!

Għaddejjin bi ġmielhom il-preparamenti tal-mużiċisti u l-kantanti li għada se joffru spettaklu ta’ mużika għal għan nobbli permezz tal-kunċert Rockestra. Dan biex bħalma ġara fis-snin preċedenti, jagħtu spettaklu mill-isbaħ għal kull min se jkun preżenti għal dan il-kunċert mużikali.
Aqra aktar

Jekk se tieħu xi siġġu jew ‘cooler’ miegħek ir-Rockestra erġa’ aħsibha

Hekk kif nhar is-Sibt se jkun qed jittella l-kunċert popolari mal-Maltin Rockestra, fi stqarrija l-organiżżaturi ppublikaw lista ta’ affarijiet li mhux se jitħallew jiddaħħlu ġewwa l-MFCC. L-organizzaturi ta’ Rockestra 2016, f’din l-istqarrija, l-bibien tal-MFCC ser jinfetħu fis-sitta ta’ filgħaxija, biex il-pubbliku jgħaddi minn proċess ta’ ‘screening’ minn uffiċċjali tas-sigurta’.

Dawn huma l-affarijiet li ma tistax idaħħal miegħek:

– Siġġijiet u banketti
– ‘Coolers’
– Ikel u Xorb
– Kameras ‘SLR’
– ‘Selfie Sticks’
– ‘Tripods’ u ‘Monopods’
– ‘Laser Pointers’
– Oġġetti bil-Ponta

L-istqarrija tgħid ukoll li kwalunkwe oġġett ieħor meqjus ta’ periklu jew mhux aċċettabbli mill-membri tas-sigurta’, jista’ jiġi kkonfiskat.

Send this to a friend