Notifiki

Ta’ Metsola jmeru lil Delia fuq il-Kummissjoni Venezja

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja, u Affarijiet Interni tal-Parlament Ewropew kellu kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna laqa’ s-suġġeriment li jsejjaħ il-Kummissjoni Venezja.

Dan intqal f’diskussjoni dwar rapport li sar fuq pajjiżna mid-delegazzjoni li kien hemm parti minnha l-ewroparlamentari Nazzjonalista, Roberta Metsola.  Aqra aktar

ADRIAN DELIA WARA ROBERTA METSOLA

Jekk Roberta Metsola tiddeċiedi li ma tikkontestax it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap preżenti, Simon Busuttil u l-establishment se jħeġġu biex jikkontesta u jappoġġjaw lill-avukat Adrian Delia.

Dan anke jekk bħal Metsola għandu l-problema li mhux membru tal-Parlament Malti.

Ma’ Metsola din kienet se tissolva billi f’każ li tkun maħtura kap, Simon Busuttil jieħu s-siġġu tagħha għax ma ssirx elezzjoni każwali u jkun coopted u l-istess tgħamel hi bis-siġġu tiegħu biex issib postha fil-parlament Malti.  Aqra aktar

Ftit għexieren għad-dibattitu dwar Malta

Tul id-dibattitu reġgħet dehret id-differenza. Il-membri tal-parlament ewropew tal-partit laburista tkellmu favur Malta, iżda mhux l-istess David casa u Roberta Metsola. Sħab Casa u Metsola fil-Parlament Ewropew irrepetew kliem Simon Busuttil, filwaqt li oħrajn innotaw is-suċċessi ta’ Malta u nnotaw kif f’dibattitu bħal dan ma kellux ikun individwat pajjiż wieħed.

Aqra aktar

Jikkonfermaw li nefqu l-mijiet tal-eluf fi skema ta’ frodi minn fondi Ewropej

Il-Membri Ewro Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista kkonfermaw l-eluf li jirċievu biex joperaw uffiċju fil-kostitwenza hawn Malta. 

Permezz ta’ dokument li bgħatu b’email, taw rendikont ta’ kemm jonfqu minn fondi Ewropej. F’ebda punt ma jikkonfermaw li dawn il-fondi ma jintefqux fid-Dar Ċentrali. Ma jistgħux jagħmlu hekk, għax hemm telefonati li jikfuhom.

Minkejja l-konferma ta’ dawn l-eluf li qed imorru fid-Dar Ċentrali, il-PN jibqa jinsisti li ma jmurx għand l-OLAF u jistiednu jikkonferma li dak li qed jagħmlu mhux frodulenti.

Transparency International infisha qalet li għandu jittieħed dan il-pass.

Busuttil ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, u l-Partit Nazzjonalista ma laqgħux l-isfida tal-Prim Ministru; dik li dwar l-aħħar skema ta’ frodi mill-Partit Nazzjonalista jitolbu investigazzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, rreaġixxew bi stqarrija wara sigħat għal dak li żvelat il-gazzetta KullĦadd dalgħodu b’aħbar “Il-PN b’iktar frodi.”

Aqra aktar

Isma’ lil Metsola titkellem f’ismek u ssaqsi lill-EUROPOL jiġu jinvestigawna

Il-rieda tal-Partit Nazzjonalista li jagħmel ħsara lil pajjiżna mhix limitata sat-territorju Malti.

Roberta Metsola, membru Ewro-Parlamentari, marret quddiem id-direttur tal-EUROPOL fil-Parlament Ewropew, tgħid li qed titikellem f’isem il-poplu.

Qalet li l-Maltin u Għawdxin kollha raw lil tnejn minn nies ħirġin bil-bagalji live fuq it-televiżjoni. U bl-argument ta’ dawn iż-żewġ bagalji, insistiet li Malta għandha kriżi quddiemha. Jekk dan mhux biżżejjed, is-suġġett tal-ġurnata kien il-kriminalità organizzata, u Metsola donnha ċanfret lill-EUROPOL talli mhux qed tieħu s-suġġett b’serjetà biżżejjed.

Waqt li Metsola bdiet tħeġġeġ l-investigazzjoni ta’ pajjiżha stess, il-membri li bdiet tkellem deheru jitkellmu fil-widnejn.

Forsi lanqas huma ma setgħu jifmhu kif Membru Ewro Parlamentari ġiet quddiemhom titkellem fuq bagalji u kontra pajjiżha. 

Aqra aktar

Metsola taħrab dwar sħabha tal-IIP

Roberta Metsola, Membru tal-Parlament Ewropew, mingħaliha żgiċċat domanda dwar dawk fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li filli kienu kontra l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, u filli qed iżommu fommhom sieket dwaru, għax jaqblilhom.

Aqra aktar

Jekk kont se tiżżewweġ, ħassar

Jekk int xi wieħed jew waħda minn dawk li f’dawn ix-xhur se tkun qed tgħid is-signor si jew qed tippjana għas-snin li ġejjin, jaf aħjar tħassar kollox.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, qed tgħid li ma tridx diskors fuq żwieġ sakemm fuq l-aġenda tad-diskussjoni għad hemm il-Panama. Xhieda oħra ta’ kemm għall-Partit Nazzjonalista l-ewwel hemm biss l-interess partiġġjan u xejn aktar.

Aqra aktar

Send this to a friend