robert musumeci – One News

Min mar mingħajr provi spiċċa tilef

  • SIMON BUSUTTIL GĦARQAN U SKOMDU F’ĦAFNA MILL-ĦINIJIET
  • MAL-ĦIN BUSUTTIL MA BAQAX KOMDU JITKELLEM FUQ IS-SUĠĠETT

Id-dibattitu ta’ Xarabank kien wieħed mistenni. F’mument fejn il-pajjiż kien qed jitkellem dwar l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta, l-isfida diretta li għamel il-Prim Ministru, Joseph Muscat il-Ġimgħa filgħodu ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta li ammiraw kif il-politiku li seta’ deher li jinsab taħt xi ftit ta’ pressjoni għażel li jmur fuq l-istazzjon nazzjonali u jħares f’għajnejn min għamillu l-allegazzjonijiet biex jgħidlu li qed jigdeb.

Il-kważi sagħtejn ta’ dibattitu bidlu kollox. Ħareġ taħt pressjoni, Simon Busuttil, għaliex Malta kollha stenniet li jmur bi prova biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu u ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda, m’għamilx dan. Kien għalhekk li l-Partit Laburista qal f’konferenza tal-aħbarijiet li Simon Busuttil falla l-ikbar test politiku tiegħu sal-lum.

Aqra aktar

F’temp ta’ minuti tista’ tifhem kif kienet ikkalkulata s-somma li l-Gvern se jdaħħal mill-kiri tal-art tas-City Centre

Waqt il-programm PJAZZA inħadmet biċċa biċċa, bl-aktar mod ċar, il-metodoloġija biex ġiet ikkalkulata s-somma ta’ €60 miljun li l-Gvern se jkun qed idaħħal mill-kiri tal-art tac-City Centre.

Żona li fost oħrajn se tkun qed tinkludi lukanda, ċentru kummerċjali u kif ukoll postijiet residenzjali.

Preżenti fil-programm kien hemm il-konsulent Dr Robert Musumeci li ddiskuta u spjega fid-dettall.

Aqra aktar

Send this to a friend