rizenja – One News

Notifiki

Matteo Renzi mistenni jitlaq mill-Partit Demokratiku Taljan

L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi mistenni jħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Partit Demokratiku Taljan, wieħed mill-partiti fil-Gvern, biex iwaqqaf partit ġdid.  Intervista fuq il-ġurnal Taljan Il Giornale spjegat li dan il-partit ġdid se jitwaqqaf fil-Parlament Taljan biss, hekk kiff fis-Senat mhux permess li jitwaqqfu partiti ġodda la darba jkun beda jitlaqqa’ l-Parlament.

Jidher li Renzi informa lill-Prim Ministru Giuseppe Conte bid-deċiżjoni tiegħu it-Tnejn li għadda, iżda għamilha ċara li se jibqa’ leali lejn il-Moviment taċ-Cinque Stelle.

Id-deċiżjoni ta’ Renzi mistennija toħloq tensjoni fil-Partit Demokratiku u ddgħajjef il-koalizzjoni fil-Gvern. Apparti Renzi, numru ta’ Senaturi Taljani wkoll mistennija jirriżenjaw.

Eks kandidat tal-PN jgħid li Delia għandu jitlaq

Adrian Delia m’għandux il-kwalitajiet la biex imexxi l-Partit Nazzjonalista u wisq aktar biex imexxi lill-pajjiżna. Hekk iddikjara l-eks kandidat nazzjonalista Kevin Cassar, li huwa miżżewweġ lil oħt id-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Cassar qal li Delia ma jistax iwaħħal fil-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, imma l-ħtija hija kollha tiegħu minħabba t-tmexxija ħazina tiegħu.

F’artiklu fuq The Times of Malta taħt it-titlu, Why Delia must go – and why he won’t, il-kirurgu Kevin Cassar, qal li Delia għandu allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu fosthom li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Qal li dan id-dell ikrah fuq Delia kisser il-valuri, il-prinċipji u l-integrità li kien ilu jaħdem għalihom l-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend