Notifiki

Ritratt joħloq kontroversja sħiħa bejn il-ġenituri

Dan ir-ritratt ta’ tarbija b’dik li kienet maħsuba misluta fuq wiċċha ħoloq paniku fost l-ommijiet li raw dan ir-ritratt.

Fil-fatt l-omm irċeviet numru ta’ messaġġi ta’ theddid li fost oħrajn se jressqu rapport lis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal. Iżda li ma kienux jafu, li dan ma kien xejn għajr ritratt editjat biex jgħaddi messaġġ.

Aqra aktar

Ir-ritratt li kulħadd qed jinterpreta

Dan huwa ritratt tal-Prim Ministru ta’ Malta u Simon Busuttil waqt attività fl-okkażjoni tas-Sette Giugno lbieraħ. Bla dubju ta’ xejn, ritratt ta’ tnejn minn nies li għadhom kemm mexxew żewġ kampanji elettorali se jqanqal reazzjonijiet.

Li hu żgur hu li dan ir-ritratt sar “viral” u kulħadd jimmaġina x’setgħu kienu qed jgħidu Muscat u Busuttil, biex wassal għal dik it-tbissima.

Int x’taħseb?

“Klijenta anzjana qaltli, kważi bid-dmugħ f’għajnejha: ‘Eżatt ġibtni!'”

Ġara li aħna u nqallbu fuq siti soċjali, bdejna naraw ritratti ta’ żmien imgħoddi. F’era ta’ selfies, pożi, u ritratti ta’ kull ħaġa immaġinabbli, minn ikel sa ħwejjeġ u karozzi, ġibdulna l-attenzjoni.

Dawn ir-ritratti li jsaħħruk għall-fatt li jieħduk f’era tal-imgħoddi huma xogħol Mikiel Camilleri Haber. Bħala xogħol u passatemp part-time, jaqbad ritratti tant għal qalb familji Maltin u jtihom ħajja ġdida.

Ma jkunx qed iqandel biss ritratti, imma emozzjonijiet, memorji u ħafna drabi l-unika fdalijiet ta’ ħajjiet u żminijiet li ħallewna.

Aqra aktar

Daqt tkun tista’ tieħu stessu ma’ persuni li mietu

 

App li se tkun qed tipprovdi l-possibiltà li tieħu stessu ma’ persuni li kienu għal qalbek u mietu qed tinħoloq fil-Korea t’Isfel.

Meta l-kumpanija Elrois, il-moħħ wara din l-app, ġiet mistoqsija jekk din l-idea hix waħda stramba, rappreżentanta għall-kumpanija, Eun Jin Lim, qalet li “filwaqt li jaf ikun hemm min isibha stramba din l-idea, bosta jieħdu gost li se jkunu qed jingħataw ċans biex joħolqu memorji ġodda ma’ persuni li m’għadhomx f’din id-dinja.”

Aqra aktar

Sentenza mnaqqsa għal anzjan li ħa ritratti indeċenti ta’ tfal

Giuseppe Calleja ta’ 77 sena kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa wara li oriġinarjament kien instab ħati li ġibed ritratti u filmati ta’ tfal li kienu indeċenti.

Erba’ snin ilu l-anzjan kien instab ħati li fl-2007 ħa sehem f’att li għen fil-koruzzjoni ta’ żewġ t’itfal li kellhom ħmistax-il sena.

Huwa iżda ma kienx instab ħati li pparteċipa f’attivitajiet sesswali mal-minuri.

Aqra aktar

Send this to a friend