Notifiki

Għaddej ġmielu x-xogħol ta’ rinovar fl-Isptar Monte Karmeli

B’investiment ta’ €30 miljun għaddej ġmielu x-xogħol ta’ rinovar u tisbieħ fl-Isptar Monte Karmeli. Xogħol bżonnjuz ħafna hekk kif f’25 sena ma sarx investiment, u Monte Karmeli tħalla fi stat ta’ abbandun u disastruż, li ma jagħtix dinjità lill-pazjenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Monte Karmeli, Stephen Sultana tkellem dwar dan l-investiment li ser isir fuq mhedda ta’ ħames snin fl-isptar kollu. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-sala li kienet tintuza għal-Physio Ward. Sala li se tilqa fiha pazjenti, sabiex jittranġaw is-swali l-oħra.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Se jkun irrinovat il-Mużew Marittimu

Il-Mużew Marittimu fil-Birgu li jilqa’ fih eluf ta’ oġġetti marbuta mal-baħar se jiġi rrinvot u mmodernizzat b’investiment ta’ €2 miljun. Il-proġett minn Heritage Malta se jara l-mużew jikber b’500 metru kwadru l-ispazju għall-pubbliku kif ukoll l-ispazju għall-wiri. Apparti minn hekk il-mużew se jilħaq aktar viżitaturi diġitali permezz ta’ diġitizzazzjoni ta’ 2,600 mitt oġġett mill-kollezzjon tal-mużew.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-proġett, iċ-ċermen ta’ Heritage Malta Anton Refalo qal li l-proġett se jsaħħaħ il-binja b’għadd ta’ interventi stutturali li se joħolqu mill-ġdid l-ambjent li ġie ddisinjart oriġinarjament mill-Arkitett Brittianiku William Scamp f’nofs is-Seklu 19.Aqra aktar

Bżonn ta’ rinovar f’Dar il-Mediterran

Il-Bini storiku li llum nafuh bħala Dar il-Mediterran se jsir attrazzjoni turistika permezz ta’  proġett interattiv li se jerġa jfakkar l-użu bikri tal-post. Iżda, biex l-attrazzjoni tkun waħda preżentabbli u aċċessibbli l-ewwel hemm bżonn ta’ intervent infrastrutturali, mhux biss biex il-post ikun preżentabbli b’mod estetiku, iżda biex dan ikun mill-iktar sigur.

Aqra aktar

Send this to a friend