Notifiki

Ikkuntattjati n-negozji dwar l-iskema ta’ rifużjoni fil-kont tad-dawl

Mit-Tlieta, il-Malta Enterprise bdiet bil-ħidma sabiex tikkuntatja lin-negozji li huma eliġibbli sabiex jibbenefikaw minn rifużjoni ta’ 50% fuq il-kontijiet tad-dawl.  Dan permezz ta’ skema mill-Gvern li ser tkun qed toffri iżjed assistenza lin-negozji f’dan iż-żmien fejn pandemija laqtet lid-dinja. Aqra aktar

200,000 ruħ se jgawdu minn rifużjoni tat-taxxa

Miżura mħabbra fid-dokument tal-baġit għas-sena elfejn u tmintax se tkun qed tara madwar mitejn elf persuna jirċievu ċekk bħala rifużjoni tat-taxxa.

B’din il-miżura kienet wegħda elettorali u minnha se jkun qed jibbenefika kull impjegat li jaqla anqas minn sittin elf ewro fis-sena. Dan ifisser li dan iċ-ċekk mhux biss se jkunu qed jirċevuh dawk li jaħdmu fuq bażi full-time iżda anke impjegati li jaħdmu fuq bażi part-time.

Aqra aktar

€4,000,000 fi bwiet in-nies

Eluf ta’ persuni daħlu bejniethom erba’ miljun ewro meta fl-aħħar jiem irċivew fil-posta ċ-ċekk bir-rifużjoni tat-taxxa mħallsa żejda fuq xiri ta’ karozzi fi żmien Gvern Nazzjonalista. Kienu 6,196 li applikaw biex jitħallsu ta’ dak li ħallsu żejjed fl-2005 biċ-ċekk jasal għandhom fl-aħħar jiem. Persuni differenti rċivew ħlasijiet differenti li jlaħħqu l-mijiet ta’ ewro.Aqra aktar

Send this to a friend