Notifiki

Parir lil tal-ħwienet: il-konsumaturi qed jirfsu l-għatba tal-ħanut diġà informati sew

Studju li ġie kkummisjonat mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) f’Lulju tas-sena 2016, jiżvela li iktar minn tliet kwarti tal-konsumaturi (ta’ kull età) f’Malta u Għawdex jużaw l-Internet.

Minkejja li l-laptop/desktop jibqa’ l-apparat l-iktar komuni fost il-maġġoranza tal-utenti tal-Internet, l-ismartphones u t-tablets qegħdin aktar ma jmur isiru popolari, b’żieda ta’ 29% u 17% rispettivament f’dawn l-aħħar sentejn.

L-istudju jiżvela li iżjed konsumaturi saru jużaw l-Internet, anke waqt xiri. Fil-fatt, l-Internet huwa meqjus bħala l-ewwel mezz li l-konsumaturi jikkonsultaw sabiex jfittxu dwar prodotti u/jew bejjiegħa qabel jixtru.

Interessanti illi madwar 70%  tal-utenti tal-Internet jagħmlu dan, irrispettivament jekk ix-xiri  ssirx onlajn jew minn ħanut.

Aqra aktar

Jekk filgħaxija qed tqum għax ikollok bżonn tojlit, kun għaf għalfejn

Persuni li jqumu f’nofs ta’ lejl bi bżonn li jmorru t-tojlit x’aktarx se jkollom bżonn inaqqsu l-ammont ta’ melħ li qed jieħdu fid-dieta tagħhom, dan skont tobba mill-Ġappun.

Il-problema, li tissejjaħ nocturia, li taffettwa l-aktar persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena, qed tispiċċa ttellef lil bosta mir-raqda fonda li jkunu fiha u jaf saħansitra taffettwa l-ħajja tal-persuni affettwati.

Aqra aktar

Akkademiċi Maltin jistinkaw biex ir-riċerka tkun komunikata aħjar

L-abiltà li wieħed irid iħaddan biex jikteb u jippublika r-riċerka li jkun għamel hija importanti ħafna, kemm biex jaqsam ix-xogħol tieghu stess ma’ akkademiċi oħra, u anke biex jimxi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu.

Għal dan il-għan reġa sar il-kors WASP (Write a Scientific Paper), li  huwa kors intensiv li jispjega u jelabora kull aspett li wieħed għandu bżonn biex ikun kapaċi jikteb ir-riċerka. Il-kors ġie mtella’ minn akkademici Maltin u kien immexxi mill-Professur Victor Grech.

Aqra aktar

Riċerka dwar l-implikazzjonijiet tal-priġunerija f’Malta

Dalgħodu, fil-Palazz Verdala tnieda ta’ dokument ta’ riċerka ppubblikat mill-Fondazzjoni ‘Mid-Dlam għad-Dawl’.

Fid-diskors tagħha, il-President tkelmet fuq il-fatt li din ir-riċerka tagħti ħarsa, għall-ewwel darba, lejn l-esperjenzi tat-tfal u tal-familji tal-priġunieri. Ir-riċerka tesplora l-implikazzjonijiet kollha tal-priġunerija bħala mezz u bħala sistema, u kif dawn jaffettwaw il-kwistjonijiet tat-trobbija, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet, u l-mod kif in-nies jinteraġixxu kemm fil-komunitajiet u kemm fis-soċjetà.
Aqra aktar

Send this to a friend