Notifiki

Fondi għal proġetti ta’ riċerka dwar il-kanċer

Żewġ proġetti ta’ riċerka dwar il-marda tal-kanċer li se jitmexxew minn akkademiċi Maltin se jingħataw miljun u mitejn elf ewro mill-Fondazzjoni Maltija għar-Riċerka dwar il-Kanċer, Emanuele. Aqra aktar

Malta twettaq pass ieħor għall-aċċess liberu għal informazzjoni xjentifika

L-Aċċess Miftuħ jifforma parti minn spettru li għandu x’jaqsam ma’ serje ta’ prinċipji mibnija fuq infrastruttura ta’ kif jitneħħew l-ostakli sabiex tiġi aċċessata ir-riċerka u t-trasferiment tal-għarfien permezz ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi u kif dawn jistgħu jaslu għand il-partijiet interessati. Dan huwa appoġjat mill-Kummissjoni Ewropea fuq livell Ewropej (permezz ta’ programmi qafas), fuq livell ta’ Stati Membri u dak internazzjonali.Aqra aktar

Tinvesti miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjni

Il-Kumpanija Abertex, li timmanifattura komponenti tal-batteriji tal-karozzi, għaddejja b’investiment ta’ miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fil-portafoll tal-klijenti tagħha, Abertex għandha kumpaniji kbar fid-dinja fil-qasam tal-karozzi fil-Ġermanja u fil-Ġappun BMW fosthom Toyota u Volkswagen.

Il-kumpanija bdiet topera f’Kordin b’żewġ ħaddiema Ġermaniżi u illum espandiet u qed tħaddem 150 ħaddiem f’fabbrika fil-Mosta Technopark. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fil-fabbrika bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem, ingħad li fl-aħħar ħames snin il-kumpanija investiet €10 miljun, tant, li rduppjat il-ħaddiema.Aqra aktar

Se jsir restawr fuq kwadru ta’ 500 sena, li hu parti mill-kollezzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina

Riċerka minn Charlene Vella bħala parti mid-dottorat tagħha se jwassal għall-konservazzjoni u restawr ta’ kwadru trittiku ddedikat lill-Verġni tas-Sokkors. Dan il-kwadru maqsum fi tliet biċċiet jagħmel parti mill-kollezzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina u se jkun it-tieni pittura minn din il-kollezzjoni li se tkun studjajta wara li s-sena l-oħra tlesta r-restawr fuq il-bradella ta’ Salvo d’Antonio.Aqra aktar

Send this to a friend