Notifiki

ARA: Il-lista tar-restrizzjonijiet li se jibdew jonqsu minn nhar it-Tnejn

Dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja indirizzata mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, tħabbar rilaxx ta’ numru ta’ restrizzjonijiet u miżuri oħra li se jibdew deħlin fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej.

Edukazzjoni:

Minn nhar it-Tnejn 12 ta’ April se jerġgħu jinfetħu l-iskejjel gradwalment.

  • It-Tnejn 12 ta’ April se jinfetħu l-ewwel iċ-childcare centres u kindergarten u l-iskejjel primarji.
  • L-Erbgħa 14 ta’ April jidħlu l-istudenti li jattendu fl-iskejjel medji jiġifieri Form 1 u 2.
  • Il-Ġimgħa 16 ta’ April jidħlu studenti li jattendu fi skejjel sekondarji jiġifieri minn Form 3 sa Form 5.
  • Studenti li jattendu f’istituzzjonijiet post-sekondarji se jibqgħu jieħdu l-lezzjonijiet tagħhom online.

Saħħa:

  •  Minn nhar it-Tnejn li ġej fl-Isptar Mater Dei se jibdew jerġgħu isiru l-operazzjonijiet skedati hekk imsejħa elective surgeries u operazzjonijiet mhux meqjusa urġenti

Anzjani:

  •  Mit-12 ta’ April jistgħu jerġgħu jsiru żjarat fid-djar tal-anzjani.

Ħwienet u servizzi mhux essenzjali:

  • Mis-26 ta’ April jistgħu jiftħu ħwienet u jibdew jingħataw servizzi li mhumiex essenzjali.

Gruppi fil-pubbliku:

  • Mis-26 ta’ April erba’ persuni mhux mill-istess residenza jistgħu jkunu fil-pubbliku flok tnejn.

Turiżmu:

  • Il-Prim Ministru Dr Robert Abela semma li flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa, qed jimmiraw illi fl-ewwel ta’ Ġunju pajjiżna se jiftaħ għat-turiżmu b’mod proattiv.

Tiġijiet:

  • Fl-ewwel ta’ Ġunju se jibdew isiru t-tiġijiet skont il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Attivitajiet reliġjużi:

  • Mill-Ħadd 18 t’April se jkun permess li jerġa’ jsir il-quddies fil-knejjes.

Il-ftuħ tar-ristoranti, bars u t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet dwar attivitajiet sportivi jitħabbru aktar ’il quddiem.

“M’aħniex ’il bogħod milli nneħħu xi restrizzjonijiet” – id-DPM jaċċenna fuq kawtela u l-programm tat-tilqim

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li m’aħniex ’il bogħod milli nneħħu xi miżuri li ddaħħlu fl-aħħar ġimgħat u niftħu l-ekonomija għat-turisti mlaqqmin.

Chris Fearne qal dan waqt il-programm Paperscan il-Ħadd filgħodu fuq ONE, fi sfond ta’ appell kontinwu għall-kawtela.

Qal, “Għad għandna każijiet, jiġifieri qed ikollna mhux mhu qed ikollna xejn ġdid, qed ikollna każijiet ġodda u allura rridu nibqgħu kawti u responsabbli, irridu nibqgħu nżommu mal-miżuri li għandna in place, però bir-rata li tiela’ t-tilqim, m’aħniex ’il bogħod milli nibdew bil-mod il-mod, nnaqqsu minn dawn il-miżuri li ħadna, speċjalment il-miżuri li ħafna f’dawn l-aħħar ġimgħat.”

Aqra aktar

Stħarriġ juri li n-nies iridu jgħixu bil-Covid-19 b’xi restrizzjonijiet

Jekk il-Covid-19 ser tibqa’ magħna għal xhur sħaħ u l-vaċċin ma jkunx joffri biżżejjed protezzjoni il-maġġoranza assoluta tan-nies jaqblu li jitgħallmu jgħixu bil-Covid-19 b’ċertu restrizzjonijiet imma li mhux lock-down.Aqra aktar

“Ġib rispett lejn ħutek” … Anzjan jipprova jaqsam il-fliegu mingħajr raġuni valida

“Ħa nsaqsik għalfejn qed taqsam lejn Għawdex?”

“Għadni ġej mix-xogħol.”

“U residenti Għawdex?” Iva”

“Tista’ turini ID jew il-pass pls?”

Din kienet ir-realtà l-ġdida għal dawk kollha li riedu jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex. Aqra aktar

Send this to a friend