Notifiki

Atleta mir-Repubblika Ċeka tkompli tipprattika l-badminton f’Malta wara li pajjiżha jinsab f’lockdown

Veronika Dobiášová, atleta professjonali ta’ wieħed u għoxrin sena mir-Reppublika Ċeka li tipprattika l-isport tal-Badminton, għażlet lil Malta biex tkompli bit-taħriġ sportiv tagħha, hekk kif pajjiżha bħalissa jinsab f’lockdown totali minħabba l-imxija u kawża t’hekk ma setgħetx tippratika dan l-isport.Aqra aktar

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

Il-PM b’impenji fir-Repubblika Ċeka

Waqt żjara statali fir-Repubbika Ċeka, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-koperazzjoni bejn Malta u r-Repubblika Ċeka, ir-relazzjonjiet bejn iż-żewġ pajjiżi u dik personali bejn iż-żewġ mexxejja hija l-essenza tal-unjoni ewropea.

Dr Muscat qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Prim Ministru Ċek Andrej Babis fi tmiem laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ mexxejja fil-bini tal-Gvern fil-belt kapitali Praga.

Dr Muscat tenna kif minkejja d-differenzi kemm ġeografiċi u kemm kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, illum Malta u r-Repubblika Ċeka saru jafu iktar lil xulxin.Aqra aktar

Ara: Il-PM Muscat f’taħditiet mal-Prim Ministru Ċek

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li Malta hija l-uniku stat membru fl-Unjoni Ewropa li tiddedika l-mija fil-mija tar-riżorsi tagħha għall-immigrazzjoni. Muscat qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta fi tmiem taħditiet li kellu f’Kastilja mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Andrej Babis.

Aqra aktar

Send this to a friend