Il-PE mistenni jirratifika ftehim dwar il-kummerċ wara Brexit bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-Parlament Ewropew mistenni jirratifika ftehim dwar il-kummerċ wara Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, anke fost tensjoni bejn Franza u r-Renju Unit. Dan fost l-oħrajn wara li l-Ministru għall-Finanzi Franċiż akkuża lir-Renju Unit li m’onorax l-obbligi tiegħu fil-qasam tas-sajd, u li l-Unjoni Ewropea għandha twieġeb b’azzjoni fuq is-servizzi finanzjarji.Aqra aktar

Diskussa r-relazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit f’laqgħa virtwali

F’laqgħa virtwali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ministru tal-Istat tar-Renju Unit, Lord Frost CMG ġew diskussi diversi temi fosthom, ir-relazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit.

Diskuss ukoll kien hemm l-irkupru ekonomiku u tat-turiżmu wara l-pandemija COVID-19 u dwar l-iffaċilitar tal-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi li jinsabu fi stadju avvanzat tal-programmi tal-vaċċinazzjoni rispettivi tagħhom.

Aqra aktar

L-UE b’passi kontra r-Renju Unit wara kontrolli mal-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq

Qed ikun irrapportat li l-Unjoni Ewropea se tieħu passi legali fil-konfront tar-Renju Unit dwar allegat ksur tal-protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq, wara li feġġew rapporti ta’ kontrolli mal-fruntieri tal-pajjiż. Dan anke wara li kien hemm ftehim ċar bejn iż-żewġ partijiet li wara Brexit mhu se jkun hemm l-ebda xkiel fil-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.Aqra aktar

Send this to a friend