LISTA L-ĦADRA TAR-RENJU UNIT: L-MHRA tistma rkupru tajjeb għat-turiżmu matul dan is-sajf

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u tas-Sidien tar-Ristoranti, l-MHRA, qed tistma rkupru tajjeb għas-settur turistiku matul dan is-sajf.

B’reazzjoni għall-fatt li r-Renju Unit poġġa lil Malta fil-lista l-ħadra biex b’hekk dawk li jaslu biċ-ċertifikat tal-vaċċin ma jkollhom l-ebda obbligu ta’ kwarantina, l-MHRA fissret dan l-iżvilupp bħala wieħed importanti meta wieħed iqis kemm ir-Renju Unit huwa suq importanti fis-settur turistiku ta’ pajjiżna.

Qalet li wieħed jistenna li jiżdied in-numru ta’ nies mir-Renju Unit li jagħżlu li jibdew jaqtgħu l-iljieli fil-lukandi fost oħrajn f’pajjiżna.

L-MHRA qalet li dan hu riżultat li jixraq għall-ħidma mwettqa mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa u faħħret lil Gvern għall-amministrar tal-pandemija u kif ħoloq bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.

L-MHRA saħqet li din hija storja ta’ suċċess iżda wieħed ma jistax jinsa l-isfidi li għadhom preżenti u wieħed għandu jibqa’ jibża’ għas-sitwazzjoni tajba miksuba bħalissa b’rabta mal-imxija.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li qed naraw id-dawl fl-aħħar tal-mina u issa huwa ż-żmien li naħdmu għal qasam tant importanti għall-ekonomija Maltija, dak tat-turiżmu.

Kull min jiġi f’Malta mir-Renju Unit irid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin

Johnson jiddeskrivi lil Biden bħala “nifs ġdid” fl-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva lill-President Amerikan Joe Biden bħala “nifs ġdid” wara li ltaqgħu għall-ewwel darba lejliet is-summit tal-G7 f’Cornwall.

Johnson qal li l-Amerka trid taħdem ma’ pajjiżu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurtà, in-NATO u t-tibdil fil-klima.

Żied li hemm armonija sħiħa mal-Amerka dwar l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja stabilixxew pjan dwar l-ivvjaġġar mill-ġdid lejn l-Atlantiku, wara li l-Amerka pprojbixxiet lill-maġġoranza tal-Brittaniċi milli jidħlu malli faqqgħet il-pandemija.

Rapport tat-Times Ingliża jġib fix-xejn l-argumenti ta’ Bernard Grech dwar il-lista l-ħadra tar-Renju Unit

Artiklu fuq The Sunday Times Ingliża jgħid li Ministri Ingliżi injoraw pariri xjentifiċi dwar jekk Malta għandhiex titniżżel fuq il-lista l-ħadra filwaqt li waqqfu pjanijiet biex il-Portugall tispiċċa fuq dik imsejħa bħala watch-list.Aqra aktar

Adrian Hillman arrestat fir-Renju Unit

Il-Ħadd kien irrapportat li l-eks direttur maniġerjali tal-Allied Newspapers, Adrian Hillman kien arrestat fir-Renju Unit. Rapporti fosthom il-ġurnal The Times of Malta spjegaw ukoll li Hillman mhux se joġġezzjona għall-proċeduri tal-estradizzjoni sabiex jinġieb pajjiżna u jaffaċċja akkużi relatati ma’ kriminalità finanzjarja.Aqra aktar

Send this to a friend