May tkompli żżid l-appoġġ

Ikompli jiżdied l-appoġġ biex Theresa May issir il-mexxej il-ġdid tal-Partit Konservattiv fl-Ingilterra. Dan ikun ifisser li tkompli wara David Cameron bħala Prim Ministru Ingliż. Dan hekk kif May rebħet il-fiduċja ta’ aktar Ministri tal-Kabinett Ingliż.Aqra aktar

Beda ż-żmien ta’ riflessjoni għall-UE

Il-mexxejja Ewropej kollha qed jifmhu li l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea trid tinbidel kif qed jinbidlu ċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri.
Id-diskussjoni ma kinitx waħda ewforika, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat, f’ konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemm il-Kunsill Ewropew, li saħansitra iddeskriva d-diskussjoni tal-bieraħ filgħaxija bħala waħda mill-iktar diskusjsonijiet Ewropej proattivi.

Ir-Renju Unit jingħata sa’ Settembru biex jibda n-negozjati

“Biex tiddiskuti madwar mejda, għandek bżonn żewġ naħat li jafu xi jridu. In-naħa Ingliża mgħandix l-iċken idea f’ dan il-mument ta’ x’ arranġament trid mal-Unjoni Ewropea.”

Kien għalhekk li l-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu xagħrejn ċans biex il-Gvern Ingliż, immexxi mis-suċċessur ta’ David Cameron, jiddeċiedi x’hini t-triq ‘il quddiem.Aqra aktar

Diżgwid dwar il-Presidenza Ewropea

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qed jippersisti li kull deċiżjoni relatata mal-istatus tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea għandha tkun sospiża sa ma jilħaq Prim Ministru ġdid – dan jinkludi l-Presidenza Ewropea.

Aqra aktar

Mozzjoni ta’ sfiduċja f’Corbyn

Żewġ deputati tal-Partit Laburista Ingliż għamlu mozzjoni ta’ sfiduċja fil-mexxej laburista, Jeremy Corbyn. Margaret Hodge u Ann Coffey kitbu liċ-ċermen tal-grupp parlamentari Laburista u qalu li din il-mozzjoni għandha tkun dikussa nhar it-Tnejn.

Aqra aktar

DEĊIŻJONI BREXIT… FTIT FATTI  

XI TFISSER ‘BREXIT’? Hija l-kombinazzjoni tal-kelmiet Britain u Exit. M’hijix wisq oriġinali, għaliex ittieħdet mill-kelma Grexit li kienet użata s-sena li għaddiet biex tirreferi għall-eventwalità li l-Greċja toħroġ miż-Żona Ewro.  Din il-mistoqsija bħal oħrajn fosthom dwar min jista’ jivvota, x’inhi l-mistoqsija li rrispondew u għaliex kellu jsir dan ir-referendum fil-filmat hawn taħt.

Aqra aktar

Send this to a friend