Il-Gvern Ingliż qed jevalwa l-impatt ta’ kwistjoni teknika li wasslet biex 150,000 rekord jitħassru mid-database tal-pulizija.Aqra aktar

Il-Gvern Ingliż qed jevalwa l-impatt ta’ kwistjoni teknika li wasslet biex 150,000 rekord jitħassru mid-database tal-pulizija.Aqra aktar
Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika Cavalieri Art Hotel li saru fi tmiem din il-ġimgħa fl-istadium Matthew Micallef St John ipprovdew spettaklu mill-aqwa għad-dilettanti tal-isport b’wirja mill-aqwa minn numru ta’ talenti lokali. Waqt 30 avveniment, inksiru xejn anqas minn 16-il rekord, li jfisser li f’aktar min-nofshom tniżżlu ismijiet, ħinijiet u distanzi ġodda.
Ċertament li l-aktar prestazzjoni li se tibqa’ mfakkra minn dawn il-Kampjonati kienet dik ta’ Janet Richards (Pembroke Athleta) li kisret ir-rekord tal-400m, li kien twaqqaf minn Tanya Blake 17-il sena ilu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru fi xtutna. Richards kellha wirja impekabbli u temmet it-tellieqa f’54.06s. Minkejja dan l-isforz, hija kellha l-enerġija biex tirritorna lura fuq it-trakka l-Ħadd b’rebħa oħra fil-200 metru.
Minkejja s-sħana ta’ Awwissu, l-atleti ewlenin kif ukoll dawk emerġenti rreġistraw sensiela ta’ prestazzjonijiet mill-aqwa waqt il-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll waqt l-Open Challenge tal-kbar organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association fi tmiem il-ġimgħa li għadda.Aqra aktar
Send this to a friend