Notifiki

Il-Gvern jagħti maħżen lill-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa

B’daqqa ta’ pinna SportMalta għaddiet maħżen f’Xatt il-Barriera fil-Belt f’idejn il-Klabb Regatta Birżebbuġa. Għalhekk issa l-unika klabb barra l-Port il-Kbir għandu fi ħdanu binja li fiha jista’ jħarreġ numru ta’ qaddiefa b’mod professjonali f’tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minn fejn isiru t-tlielaq tar-regatta.Aqra aktar

Jitilgħu l-poloz għar-Regatta tal-Vitorja

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, telgħu il-poloz għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja li se ssir nhar il-Ħadd li ġej. Għal sena oħra se jsiru hħax-il tiġrija: ħamsa ta’ Kategorija A għar-rebħ tal-Aggregate Shield, ħamsa ta’ Kategorija B u tiġrija għal qaddiefa nisa li se tkun l-ewwel waħda fil-programm. Aqra aktar

ARA: Bormla r-rebbieħa tar-Regatta

Bormla rebħu r-regatta ta’ Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.

Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-‘A’, dik tal-‘open’ u anke l-‘B’.Aqra aktar

L-Isla jirbħu r-Regatta U18

L-Isla rebhu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta U18 li saret nhar is-sibt 21 ta’ Lulju fil-bajja tar-Rinella. Kienu zewg klabbs biss li hadu fir-Regatta ta’ din is-sena hekk kif jidher li bosta klabbs bhalissa qed ihabbtu wicchom ma’ nuqqas ta’ qaddiefa żgħażagħ.

Aqra aktar

Imħabbra l-attivitajiet li jfakkru d-39 anniversarju minn Jum il-Ħelsien

Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar id-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.

Iċ-ċerimonja kommemorattiva se ssir nhar is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2018 hekk:

10.30 a.m.       Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, f’Bormla li jibqa’ għaddej minn Triq San Lawrenz, il-Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, il-Birgu

10.45 a.m.       Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien

10.50 a.m.       Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

10.53 a.m.       Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

10.55 a.m.       Wasla tal-Prim Ministru

11.00 a.m.       Wasla tal-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta tispezzjona l-Gwardja tal-Unur

Il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-monument fejn jindaqq l-innu tal-Ħelsien, tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti

Jindaqq l-Innu Nazzjonali

Imbagħad it-Tnejn,  2 ta’ April 2018 ser ikun hemm wirja mużikali  li tibda b’wirja Mużikali mill-Banda tal-Forzi Armati u mill-Banda tal-Pulizija fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta fl-10.30am.

Ikun imiss ir-regatt nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018 li tibda fil-11.45 a.m fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta’ SportMalta. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji – Frejgatini – Dgħajjes Ċ tal-Pass – Kajjikki – Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u tal-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-Shield lill-club li jikseb l-akbar għadd ta’ punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves.

Send this to a friend