referendum – One News

Ċans ta’ referendum ieħor dwar Brexit jekk il-pjan ta’ Theresa May ifalli

Ministru Ingliż qal li jekk l-Unjoni Ewropea ma taċċettax il-pjan ta’ Theresa May dwar Brexit, hemm ċans li jsir referendum ieħor dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Dan il-pjan mistenni jkun diskuss għada waqt summit informali bejn il-mexxejja Ewropej dwar Brexit u l-kwisjotni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa. Summit li għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.Aqra aktar

Aktar minn 760 midruba fi Spanja

Aktar minn 760 persuna ndarbu fi Spanja waqt ġlied m’uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw iwaqqfuhom milli jivvutaw fir-referndum dwar l-indipendenza ta’ Katalunja minn Spanja.

Il-Gvern Spanjol kien wiegħed li jwaqqaf il-votazzjoni wara li kienet iddikjarata illegali mill-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, iżda l-Katalani sfidaw din id-deċiżjoni u xorta għamlu r-referendum.Aqra aktar

Iċċelebrat il-Jum Nazzjonali tal-Katalani

Mijiet ta’ eluf ta’ Katalani f’Barcelona immarkaw il-jum nazzjonali tagħhom – “Diada” – bħala appoġġ għal referendum dwar l-indipendenza. It-toroq tal-belt inbidlu f’ammont kbir ta’ bnadar ħomor u sofor, propju tliet ġimgħat qabel il-vot ippjanat, li l-gvern Spanjol qiesu bħala illegali.Aqra aktar

L-AD tikkonferma li referendum dwar il-kaċċa hu possibbli b’idea tal-PN

L-Alternattiva Demokratika kkonfermat li l-idea ta’ referendum propożittiv li qed jipproponi Simon Busuttil, tista’ tfisser ukoll referendum dwar il-kaċċa.

Referendum bi proċess iktar faċli minn dak li wassal għal referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa fl-2015. Tant li tħassib dwar dan diġa’ esprimitu l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti. Meta rreaġixxa fis-Siġġiewi l-Ħadd filgħodu Simon Busuttil kkonferma li jrid din it-tip ta’ liġi.

Aqra aktar

Iridu li jsir REFERENDUM f’pajjiżna

Il-Moviment Patrijotti Maltin qed isostni li “hija tal-mistħija” li “l-Gvern Malti qed jaċċetta l-fondi mill-EU (92 miljun ewro) sabiex jiġu aġevolati immigranti illegali u/jew irregolari sabiex suppost ikunu integrati fis-soċjetà Maltija”.

Għalkemm dawn huma flus li jappartjenu għal fond Ewropew partikolari u ma jistgħux jintużaw mod ieħor, il-moviment isostni li għandhom imorru biex ikunu Maltin u Għawdxin li huma fil-faqar.

Aqra aktar

Send this to a friend