Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti rebaħ bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Andorra, f’logħba mill-UEFA Nations League. Aqra aktar

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti rebaħ bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Andorra, f’logħba mill-UEFA Nations League. Aqra aktar
Malta rebħet bi skor ta’ 1-0 kontra l-Latvja. F’logħba barra minn daru, it-tim nazzjonali Malti kiseb rebħa fl-aħħar sekondi tal-logħba fi Grupp D fil-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League.Aqra aktar
It-tieni tellieqa tal-Kampjonat Garmin BSJ Open Water saret nhar l-Erbgħa fis-Salina. Ħamsa u sebgħin għawwiem ħadu sehem u nqasmu fi tliet gruppi bbażati fuq ir-riżultat tat-tellieqa ta’ qabel.Aqra aktar
S’issa sar xogħol għat-twettiq ta’ 76% tal-miżuri tal-manifest elettorali fi 3 snin ta’ Gvern Laburista.
Dan sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan ifisser li s’issa 312-il proposta twettqu fl-intjier tagħhom. Filwaqt li x-xogħol fuq 242 miżura jinsab fi stadju avvanzat. Dan hekk kif diġa qed jinħass l-effett pożittiv tagħhom mill-pubbliku.
Fl-anniversarju ta’ 3 snin ta’ Gvern Laburista ieħor, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela spjega li l-manifest elettorali ta’ dan il-gvern ma baqax fuq il-karta iżda kif dan il-Gvern ingħata mandat b’saħħtu ieħor bdew jitwettqu l-wegħdiet.
Kien propju bħal bieraħ sitta u erbgħin sena ilu li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni storika tal-elf disa mija wieħed u sebgħin b’ Dom Mintoff issir Prim Ministru u tibda t-triq għall-progress u l-Ħelsien ta’ Pajjiżna.
.@JosephMuscat_JM, warm congratulations on your election victory. Your result is a remarkable tribute to your leadership over the last years pic.twitter.com/A5hh6P50MI
— Jean-Claude Juncker (@JunckerEU) June 4, 2017
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat għar-rebħa elettorali. Huwa qal li din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat tul l-aħħar snin.
Dan qalu fuq Twitter fejn, Junker poġġa ukoll l-ittra mibgħuta lill-Mexxej Laburista mat-tħabbira tar-rebħa. Ittra li fiha hemm miktub li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares ‘il quddiem biex tkompli taħdem ma’ Gvern Laburista.
Huwa temm jgħid “Fuq livell personali ninsab kuntent ħafna li se nkunu qed nkomplu naħdmu u nikkollaboraw flimkien”.
Kien bħal lum erba’ snin li l-poplu Malti kien imsejjaħ jivvota f’elezzjoni ġenerali. Elezzjoni ġenerali li kienet fissret għażla bejn pajjiż ta’ kulħadd u pajjiż tal-ftit.
Il-poplu kien għażel b’saħħa Malta Tagħna Lkoll fejn l-opportunitajiet ikunu għal ħafna u mhux għall-ftit, fejn il-pajjiż joħloq il-ġid u jitqassam b’ekwita fejn f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-politika tal-firda bejn l-aħmar u l-blu.
Fis-servizz li jmiss inġeddu ftit ħafna minn dawn il-memorji. Iżda, iktar minn hekk inħarsu wkoll lejn uħud mill-kisbiet tal-ewwel erba’ snin ta’ gvern imexxi minn Joseph Muscat. Uħud mill-ewlenin fost ħafna li kienu implimentati. Ħafna minnhom li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna u li poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa.
Send this to a friend