Fitch tikkonferma tbassir stabbli ta’ A+ għal Malta

L-Aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ A+ bi tbassir stabbli għal Malta.

Dan filwaqt li pajjiżi bħas-Slovakkja, li s-sena l-oħra ngħataw A+ u pajjiżi kbar bħar-Renju Unit, Franza u l-Italja, tnaqqsilhom ir-rating jew ingħataw prospett negattiv.Aqra aktar

Moody’s jagħtu rating pożittiv lill-governanza f’pajjiżna

L-Aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s tat ċertifikat pożittiv lill-governazna f’Malta, tant li fi kliemha, pajjiżna jgawdi minn ambjent istituzzjonali b’saħħtu “on the whole, the country benefits from a strong institutional environment”, li jibbilanċja r-riskji ambjentali u soċjali li hu espost għalihom pajjiżna: “balanced by a very strong governance profile”.

Fir-rapport tagħha, Moody’s innotat tliet fatturi prinċipali li huma riflessi fir-rating li tat lil pajjiżna, fosthom it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li pajjiżna esperjenza fl-aħħar snin “track record of strong economic growth” kif ukoll il-fatt li l-familji Maltin u Għawdxin qed ikollhom aktar flus fi bwiethom “elevated wealth levels”, u għalhekk huma reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi. Moody’s innotat ukoll li l-piż tad-dejn nazzjonali huwa moderat u hemm likwidità biżżejjed biex jinqdew il-bżonnijiet finanzjarji tal-Gvern.

L-esperti ta’ Moody’s huma wkoll kunfidenti li l-ekonomija Maltija se tkompli tirkupra u l-finanzi pubbliċi se jkunu taħt kontroll wara l-pandemija.

“Malta’s economy will be able to recover without significant lasting scars and that its public finances will be brought under control following the pandemic”.

Ir-rapport jesprimi wkoll fiduċja li l-Gvern se jkompli bil-bidliet li hemm bżonn biex isaħħaħ aktar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, u b’hekk, tistenna wkoll li r-rating ta’ Malta jkompli dejjem jitjieb “would also be supportive of an upgrade of the rating”.

Ir-rapport jinnota wkoll li Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim ras għal ras fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u aktar mid-doppju tal-medja Ewropea. Barra minn hekk, jirrimarka kif ir-rata ta’ infezzjonijiet naqset wara l-implimentazzjonijiet ta’ miżuri ġodda.

Fuq Twitter, il-Prim Minsitru Robert Abela laqa’ dan ir-rapport, u qal li r-riformi li qed jagħmel dan il-Gvern qed jagħmlu differenza.

Fi stqarrija l-Gvern laqa’ l-aħħar analiżi pożittiva mingħand Moody’s, u qal li fix-xhur li ġejjin il-ħidma se tkompli biex ir-reżiljenza ekonomika ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ, u l-istituzzjonijiet jibqgħu jiġu mtejba.

S&P: It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa frott il-politika mħaddna mill-Gvern

L-aġenzija S&P Global Ratings ikkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, filwaqt li żammet l-outlook għar-rating bħala pożittiv. Fi kliem S&P Global Ratings, “our ratings on Malta are supported by its strong growth performance, recurring current account surpluses driven by its large services exports and the government’s improving budgetary and debt positions and fiscal management”.Aqra aktar

L-aġenziji qed jirriflettu dak li jgħixu n-nies

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li r-rapporti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma riflessjoni ta’ dak li qed jgħixu n-nies. F’intervista li se tixxandar il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru ddikjara: “Għalija l-iktar ħaġa importanti n-nies.”

Aqra aktar

Żewġ konfermi oħra ta’ kif qed nibdlu l-pajjiż

Ir-rapporti fl-aħħar sigħat mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu huma xhieda oħra ta’ kif amministrazzjoni tal-Partit Laburista qed tibdel dan il-pajjiż. Filwaqt li llum sar normali nitkellmu fuq upgrades, sa ftit tas-snin ilu dan il-pajjiż kien qed jiffaċja sensiela ta’ downgrades.Aqra aktar

Send this to a friend