rahal il-gdid – One News

Notifiki

Bejn il-Ġimgħa u t-Tnejn se jingħalaq b’mod temporanju ċ-ċentru tas-saħħa tar-Raħal Ġdid minħabba manutenzjoni

Il-Primary HealthCare tixtieq tgħarraf lill-pubbliku inġenerali li minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni skedati li ser isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, is-servizzi minn dan iċ-ċentru ser jiġu sospiżi minn nofsinhar tal-Ġimgħa 24 ta’ April, sas-7.00 ta’ filgħodu tat-Tnejn 27 ta’ April 2020. Matul dan il-perjodu, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla se jkun qed jiftaħ fuq bażi ta’ 24/7. Aqra aktar

Jinkwieta għax mhux se jmur jixrob ma’ sħabu

Żagħżugħ ta’ dsatax-il sena tagħtu rasu wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest iżda kellu d-dubji dwar il-kundizzjonijiet imposti minħabba li ried joħroġ bil-lejl jixrob ma’ sħabu.

Iż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid jinsab mixli li saq karozza misruqa.

Il-każ allegatament ġara fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu meta ż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, saq karozza tat-tip Ford Escort.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ ħames t’elef ewro filwaqt li l-Maġistrat malajr qaltlu jinsa x-xorb u l-ħruġ bil-lejl ma’ sħabu għaliex qaltlu li jrid jingħalaq f’daru bil-lejl.

Send this to a friend