raħal ġdid – Page 5 – One News

Notifiki

Tfajla tittajjar minn vann f’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 24 sena, residenti Pembroke, ittajret minn vann tat-tip Toyota Townace fi Triq Palm, Raħal Ġdid. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaxlokk. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.25 u l-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.

Aqra aktar

Il-GWU b’azzjonijiet fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid

Il-General Workers’ Union mil-lum tat bidu għall-azzjonijiet industrijali fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Dan għax temmen li l-awtoritajiet konċernati iddiskriminaw ma’ numru ta’ ħaddiema  tar-reception li qed jingħataw trattament differenti minn kollegi tagħhom f’ċentri tas-saħħa oħra.

Il-GWU temmen li hemm min qed jingħata kundizzjonijiet ta’ impjieg aktar preferenzjali minn ħaddieħor li huwa fl-istess grad. Il-unjin qalet li jiddispjaċiha għall-kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jiffaċċja l-pubbliku li jgaħmel użu miċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Qalet ukoll li dawn l-azzjonijet se jibqgħu fis-seħħ sa ma l-awtoritajiet jagħrfu u jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet, u f’każ li dan ma jseħħx mhuwiexeskluż li l-azzjonijiet jiħraxu.

 

Raħal Ġdid; ritratti esklussivi ta’ dak li għaddej fil-pjazza

Ix-xogħol fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid għaddej kif pjanat. Fost l-aktar affarijiet notevoli huwa l-mod li bih it-traffiku qed ikun direzzjonat. Id-devjazzjonijiet ġodda introdotti qed iwasllu għal iktar ordni waqt li għaddej ix-xogħol, minkejja li hija zona minnha nfisha traffikuża.

Il-proġett se jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.

Dawn huma ritratti esklussivi li l-uffiċju ta’ periti inkargiati, Building & Design Consultants, qed jieħdu mill-ajru biex kontinwament iżommu għajnejhom fuq ix-xogħol.

Aqra aktar

ARRANĠAMENTI ĠODDA TAT-TRAFFIKU

Sewwieqa li jgħaddu mill-pjazza ta’ Raħal Ġdid se jesperjenzaw bidla fir-rotta hekk kif issa daħal f’fażi oħra l-proġett li għandu jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.

Fit-tieni għodwa li fihom kienu qed jintużaw l-arranġamenti l-ġodda tat-traffiku ltqajna fuq il-post ma’ Kevin Zahra, Maniġer fi ħdan Transport Malta, li assigur li l-impatt fuq min juża t-trasport pubbliku jew min juża l-karozza privata tiegħu, se jkun mill-inqas.

Pereżempju dawk li jkunu ġejjin mill-inħawi taż-Żejtun u l-Gudja għall-Raħal Ġdid m’hu se jsibu l-ebda differenza fir-rotta tagħhom.

Aqra aktar

Rajtuh lil Timmy? – Ilu mitluf minn nhar il-Ħadd

 

Timmy hu kelb ċkejken ta’ sitt snin, bjond u tar-razza Chihuahua li nhar il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tas-19:30, żgiċċa mill-bieb tad-dar qrib il-Fgura waqt li kienu qed jieħdu ħsiebu familjar ta’ sidtu, li dakinhar kienet imsiefra. Ġara li bi ħsieb li jsib lil sidtu, intilef u issa ma jistax isib triqtu lura d-dar.

Il-lokalità fejn intilef Timmy tinsab Raħal Ġdid, qrib ħafna l-Fgura, u l-aħħar li ntlemaħ kien fit-triq opposta ta’ fejn hemm l-istabbilment Gallarija Cinemas, qrib ħanut li jbiegħ tiġieġ imsajjar. Lil sidt Timmy qalulha li persuna li kienet qed taħdem f’dan il-ħanut irnexxielha taqbdu, iżda wara ftit l-imqareb Timmy reġa’ żgiċċa u kompla bl-avventura tiegħu.

Aqra aktar

Koppja anzjana f’Raħal Ġdid llum tgħoddha b’waħda

Anzjan ta’ 77 sena u martu ta’ 74 sena jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif nirien ħakmu l-kċina ta’ darhom fi Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ fis-14:15 u l-anzjani ma weġġgħux, iżda peress li belgħu xi duħħan, ittieħdu għall-kura l-isptar Mater Dei. Grazzi għal ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, in-nirien kienu kkontrollati f’ħin qasir.

 

Bdiet il-bidla fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Illum beda x-xogħol fuq il-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Ix-xogħol fi pjazza Antoine de Paul huwa wieħed minn numru ta’ proġetti li l-gvern qed iwettaq flimkien mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.

L-għan hu li l-pjazza ssir iżjed tal-poplu, u mhux biss jissaħħaħ l-aspett ambjentali, iżda wkoll titjieb l-esperjenza tal-konsumatur meta jmur biex jixtri mill-ħwienet fil-qrib.

Permezz tal-proġett mistenni jiżdied sostanzjalment l-ispazju miftuħ għan-nies. Huwa proġett li se jiswa madwar  tliet miljuni, li ġew ivvutati mill-Gvern Ċentrali. Huwa pjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.

Aqra aktar

Triq Ħal Luqa se tinżamm magħluqa

Ix-xogħol fi Triq Ħal-Luqa, f’Raħal Ġdid mhux ser jippermetti li it-it-triq tinfetaħ għada fil-għodu kif ġie avżat qabel.
Ix-xogħol kompla llum, se jkompli llejla u għada. Is-sewwieqa qed jiġu mħeġġa biex jużaw toroq alternattivi u jsegwu s-sinjali temporanji tat-traffiku.
It-triq se tinfetaħ mill-ġdid nhar is-Sibt.

Send this to a friend