raħal ġdid – Page 4 – One News

Notifiki

Ix-xogħol fuq il-pjazza ta’ Raħal Ġdid għaddej b’ritmu mgħaġġel

Għaddej b’ritmu mgħaġġel il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid, waħda mill-akbar pjazez fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li x-xogħol jinsab għaddej ġmielu fuq it-tliet naħat tal-pjazza, li jinkludu dak li qed jissejjaħ il-Green Corridor, iż-żuntier tal-knisja, u l-pjazza prinċipali.

Ix-xogħol ta’ pavimentar jinsab kważi lest bit-triq prinċipali nksiet bil-porfido.

Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis qal li dan il-proġett se jkun ċentru kummerċjali fin-naħa tan-nofsinhar ta’ pajjiżna.

Green Corridor huwa kunċett ġdid, fejn qabel kien hemm latrina illi aħna neħħejnieha min hemmhekk u għamilniha wara s-suq. Però l-iskop tiegħu huwa li mill-pjazza tista’ tidħol għal dan il-Green Corridor li twassal għal Ġnien il-Mediterran.

Wara ftehim mal-Knisja, iz-zuntier se jiċkien u parti kbira minnu se tinbidel ukoll f’żona pedonali.

Il-Perit tal-Proġett Christopher Mintoff qal li wara li tlesta ħafna mix-xogħol fil-pjazza li se jkun spazju miftuħ għan-nies, fil-ġimgħat li ġejjien se tintrama l-għamara l-ġdida biex tikkumplimenta dan il-proġett ambizzjuż.

Il-Perit spejega li x-xogħol sar fuq tliet fażijiet, bl-ewwel fażi tkun it-tneħħija tas-siġar li tħawlu fil-parkeġġ taċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Ix-xogħol kompla bil-bini ta’ triq ewlenija b’żewġ korsiji bit-traffiku jibda jgħaddi minn fejn il-każin tal-Hibernians.

Il-perit Mintoff qal li l-aħħar fażi tinkludi tisbiħ ħdejn iċ-ċentru tas-saħħa li minn parkeġġ se jinbidel ukoll f’żona pedonali.

Is-Sur Parnis qal li fl-interess tal-komunità kummerċjali, il-pjazza ma saritx kollha żona pedonali.

Dan il-proġett mistenni jkun iffinalizzat f’Lulju li ġej.

Aġġornat bil-filmat: Ħabta bejn 2 karozzi f’Raħal Ġdid

Incident li seħħ ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid fejn jidher li seħħet kollużjoni bejn żewġ vetturi.

Issejħet il-pulizija fuq il-post kif ukoll l-assistenza medika minn Mater Dei.

Nies fuq il-post saħqu li nstema’ ħoss kbir b’kawża tad-daqqa. Il-karozzi rispettivi, kienu misjuqa minn żewġ nisa.

L-għamla tagħhom hija ta’ Suzuki Swift u Renault Megane. Il-mara li kienet qed issuq il-Megane tidher li ġarrbet ġrieħi f’għonqa hekk kif ingħatat l-assistenza medika mmedjata.

Is-sewwieqa tas-swift tidher li ma ġarrbitx ġrieħi iżda qed issofri minn xokk.

Triq Ħal Luqa, f’Raħal Ġdid tinsab magħluqa minħabba l-operazzjoni medika u minħabba l investigazzjonijiet.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

 

 

 

 

Ser tittella’ il-ħdax -il edizzjoni ta’ Milied f’Casal Paola

F’Raħal Ġdid il-Milied huwa ċċelebrat b’tiżjin u armar fit-toroqfil-każini kif ukoll fid-djar u l-attività Milied f’Casal Paola’ li tkun il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet kollha.
Ilħdax il-edizzjoni ta’ ‘Milied f’Casal Paola 2017’ din is-sena ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017. Fost l-attivitajiet li ħa jseħħu, ħa jkun hemm numru ta’ wirjiet, kunċert tal-Milied, serata mużikali bis-sehem ta’ artisti stabbiliti.
B’atmosfera mill-isbaħ din l-attività ser ssir proprju fil-pjazza tar-raħal u f’numru ta’ toroq oħra prinċipali fil-madwarL-attivita qed tiġi organizzata mis-Soċjeta’ De Paule u l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien masSegretarjat Parlamentari għallGvern Lokali kif ukoll bis-sehem ta’ diversi għaqdiet u gruppi lokali. L-attivitajiet jibdew mill-4.30pm ta’ filgħaxija ‘il quddiem.

“Ejja nkomplu niftħu l-bibien beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment”

“Ejja nkomplu niftħu l-bibien beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment.” 

Quddiem mijiet ta’ nies li nġabru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid il-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li l-bibien tal-Partit Laburista huma miftuħin beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment li għandu idea ċara ta’ din il-ħolma Maltija li se twassal għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Jintemmu l-azzjonijiet industrijali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid

Intemmu l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers’ Union, u li kienu fis-seħħ fl-aħħar jiem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
 
L-azzjonijiet industrijali ġew fi tmiemhom wara laqgħa li saret bejn is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Jeremy Camilleri u l-Ministru Chris Fearne u li fiha sar ftehim għall-benefiċċju kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti. Il-ftehim sar dwar kwistjoni pendenti relatata mal-ħaddiema ġewwa r-Reception taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u wara introduzzjoni ta’ dmirijiet ġodda, liema dmirijiet għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-klijenti li jagħmlu użu mill-istess Ċentru tas-Saħħa.

Sadnittant, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tiringrazzja lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, għall-intervent tiegħu u talli laqa’ t-talba li kienet ilha fuq il-mejda għal snin sħaħ.

Meta tiftaħ il-kartolina u tinħasad

Bħalissa żmien il-kartolini…anke l-Għid opportunità biex wieħed jesprimi gratitudni u jibgħat l-awguri.

Hemm min, però, jabbuża mis-sitwazzjoni. Ftit jiem ilu, s-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima kiteb li rċieva kliem anonimu xejn sabiħ b’risposta għal fuljett bl-awgurju tal-Għid li qassam il-Kunsill.

Grima spjegalna li rċieva l-fuljett lura, b’kitba bl-idejn fuqha tgħidlu li l-fuljett jista’ jżommu.

“Imma dik mhux l-agħar waħda” qalilna.

Irrakkonta kif fil-Milied irċieva dik li minn barra kienet kartolina normali. Iżda minn ġewwa sab ritratti tiegħu u din il-kitba offensiva. Mistoqsi kif irreaġixxa, qal li fil-bidu tbissem, u din it-tip ta’ kitba mhux se żżommu milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu. Għaraf però li dawn il-konkorrenzi jħallu effett fuq dawk qrib min jirċivihom.

Aqra aktar

“U fit-tielet jum qam”

Is-Soċjeta Filarmonika Ġ.M. Fra. Antoine De Paule, Banda Kristu Re (Raħal Ġdid) jistiednuk tiġi żżur il-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira “U fit-Tielet Jum Qam”, li se ssir fil-Kantina tal-Każin għas-26 sena konsekutiva, mit-Tnejn 10 ta’ April sal-Ġimgħa 14 ta’ April 2017.

Il-Wirja hija maqsuma f’erbgħa taqsimiet. Ċenaklu “Life Size”, replika tal-liżar ta’ Kristu, sett vari ta’ l-artist Għawdxi Joe Cutajar Żahra u l-passjoni ta’ Kristu mekkaniżata. Id-dħul għal din il-wirja huwa b’xejn. Ftuħ uffiċjali tal-wirja nhar it-Tnejn 10 ta’ April fis-7:30pm mill-Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re, Dun Marc Andre’ Camilleri flimkien ma Sindku ta’ Raħal Ġdid Domnic Grima. Il-wirja fost il-Ġimgħa tkun miftuħa mis-6:00pm sa 9:00pm, Ħamis ix-Xirka mill-5:00pm sa nofs il-lejl u fil-Ġimgħa l-Kbira mill-5:00pm sa 12:00pm.

Send this to a friend