raħal ġdid – Page 3 – One News

Notifiki

Allegazzjonijiet skorretti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li allegazzjonijiet li siġar fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid inqerdu, huma skorretti.

Fuq Facebook, Parnis qal li s-siġar li qabel kien hemm fil-pjazza llum jinsabu mħawlin x’imkien ieħor, fosthom f’Wied Blandun u fi Ġnien il-Mediterran. Dan il-proċess sar minn diversi esperti wara li ttieħdu pariri minn diversi ambjentalisti.

Fil-Pjazza tħawlu siġar oħra li jridu ż-żmien tagħhom biex jikbru.

Bħalissa l-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiġġenera Ġnien il-Mediterran li għal xi żmien tħalla fi stat ta’ abbandun. Illum qed jiżdiedu s-siġar fih, qed isiru l-bankini u passaġġi biex dak li jkun jgħaddi minnu b’mod aktar faċli. Fl-istess ħin, il-ġnien se jkun imdawwal aħjar u qed isir ġibjun u sistema ta’ irrigation tal-ogħla livell biex is-siġar ta’ dan il-ġnien ikunu jistgħu jissaqqew b’mod professjonali.

“Kif wieħed jista’ jara tul dan il-proġett dejjem tajna prijorità lill-ambjent ta’ madwarna u fl-aħħar se jkollna ġnien ta’ 30 tomna fin-naħa t’isfel ta’ Malta li jkun jista’ jgawdih kull min iżur Raħal Ġdid”- qal Silvio Parnis.

 

 

BIL-FILMATI: Eluf ta’ nies jiċċelebraw l-10 snin ta’ Joseph Muscat bħala mexxej

10 snin ta’ bidla li raw il-Partit Laburista jimxi triq twila biex jadotta attitudni li tinkludi lil kulħadd. Bidla li ġabet mewġa ta’ suċċessi mhux biss eletorali imma wkoll kisbiet u aġġornamenti fi ħdan il-Partit Laburista li bil-vot b’saħħtu tal-poplu Malti u Għawdxi kien elett fl-2013 u fl-2017 biex imexxi l-Gvern Malti; b’maġġoranzi li qatt ma rajna bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.

Dan kollu seħħ bit-tmexxija tal-Partit Laburista minn Joseph Muscat li kellu viżjoni u waħħadha mal-imħabba lejn Malta u Għawdex bħala nazzjon wieħed.

Il-Prim Ministru mistenni jindirizza lill-pubbliku preżenti fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fis-19.15pm.

 

Il-ħanut tal-familja ta’ Simon Schembri fil-mira tal-ħallelin

Il-ħanut li għanda l-familja tal-Kuntistabbli Simon Schembri f’ Raħal Ġdid safa fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Hu mifhum li r-reat seħħ matul il-lejl li għadda, b’ iben Schembri jinduna bl-isgass għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu wara li mar biex jiftaħ il-ħanut bħall ma jagħmel  kuljum.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar għadd ta’ esperti biex jassituh fl-investigazzjonijiet tiegħu. Intant Il-Pulizija tal-forensika elevaw ukoll xi marki tas-swaba’ għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li qed teżamina filmati mill-kameras tas-sigurtà fl-akwata.

Din l-aħbar kienet xokk kbir għall-familja Schembri hekk kif propju ħdax -il ġurnata ilu esperjenzaw dak li qatt ma kienu qed jistennew. Dan hekk kif il-Kuntistabbli Schembri safa vittma ta’ attentat ta’ qtil wara li ġuvni ta’ sbatax -il sena tajjru f’Ħal Luqa.

Żomm dawn id-dati vojta – Appuntament mal-Partit Laburista

Dati importanti din is-sena se jkunu t-2, it-3 u s-6 ta’ Ġunju.

Jekk kien hemm min ħaseb li l-1 ta’ Mejju kien il-qofol tal-attivitajiet li l-Partit Laburista ħejja għal din is-sena arralu xi ftit. Dan għax l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju se tkun waħda bieżla mhux ħażin għall-ikbar partit politiku f’Malta. Sena wara r-rebħa elettorali ta’ Ġunju 2017 u 10 snin wara li Joseph Muscat inħatar Mexxej tal-Partit Laburista hemm programm ta’ attivitajiet varjat u interessanti mħejji, bit-2, it-3 ta’ Ġunju u s-6 ta’ Ġunju huma jiem li wieħed għandu jżomm vojta biex jieħu sehem fl-attivitajiet li se jkunu qegħdin isiru.

Aqra aktar

L-aħħar tislima lil Daryl Alosio

Daryl Aloisio ta’ 36 sena mill-Fgura jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Iż-żagħżugħ tilef ħajtu nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu fi Triq il-Kosta.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/03/19/daryl-aloisio-hu-t-tieni-vittma-li-tilef-hajtu-bil-mutur-fi-triq-il-kosta-finqas-minn-jumejn/

Asfaltar f’Raħal Ġdid u l-Marsa

Transport Malta ser tibda x-xogħlijiet t’asfaltar fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid minn għada filgħodu. Għada fid-09.00 ta’ filgħodu l-ħaddiema ser iqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq. Il-ħaddiema mbagħad ser jagħtu l-asfaltar fil-ġranet ta’ wara fejn ix-xogħol mistenni jkun lest sa tmiem il-ġimgħa.

Aqra aktar

Send this to a friend