raġel – Page 7 – One News

Notifiki

Raġel jaqa’ tliet sulari

Il-pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fil-lokal taż-Żurrieq wara li raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa fi Triq San Pietru, u r-raġel waqa’ minn fuq bejt, fejn kien qed jagħmel xogħol ta’ tibjid.Aqra aktar

Jaqa’ minn għoli fil-Belt Valletta

Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart  il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta.

Waqt li raġel ta’ 68 sena residenti l-Floriana kien qiegħed fuq sellum fil-komun ta’ appartamenti, għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u spiċċa f’indana tat-taraġ.

Fuq il-post issejjħet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili kif ukoll team mediku sabiex jassistu lir-raġel.

Huwa sofra ġrieħi gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

 

Raġel? Aqra sew!

Taħsbu li għadda ż-żmien meta l-gwardarobba tal-mara tkun tliet darbiet ikbar minn dik tar-raġel? Milli nistgħu ninnotaw, l-irġiel illum saru jagħtu każ id-dehra tagħhom daqs, jekk mhux aktar, minn-nisa.
L-ajru kull ma jmur dejjem jisħon. Għalhekk ġietna l-kurżità nistaqsu x’inhuma l-aktar trends li spikkaw fost il-kollezzjonijiet tal-irġiel għas-sajf li ġej.

Aqra aktar

Send this to a friend