raġel – Page 6 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: RAĠEL TA’ 41 SENA JINSTAB MEJJET FIS-SIĠĠIEWI

Raġel ta’ 41 sena residenti Birżebbuġa u li huwa ta’ nazzjonalita’ Latvija instab mejjet minn numru ta’ ħaddiema ħdejn sit ta’ kostruzzjoni. Huwa nstab mejjet għall-ħabta tat-8.15am fi Triq Girgenti, is-Siġġiewi. Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post fejn ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aqra aktar

€1.6 miljun biex nosservawh sew…

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tassorbi €1.6 miljun f’fondi pubbliċi biex tagħmel programm ta’ monitoraġġ tal-baħar. 75% mill-fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea.

L-għan hu li jkun hawn immaniġġjar aktar effettiv u użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi.

Aqra aktar

Hold-up armat ieħor fir-Rabat

Ammont ta’ flus insterqu minn banka tal-lottu fi Triq San Pawl, ir-Rabat. Dan il-hold-up seħħ għall-ħabta ta’ 4.45pm minn raġel li allegatament kien armat b’sikkina.

Aqra aktar

Mewta makabra – ħanxar għonqu stess

Traġedja makabra u mdemmija seħħet fin-nofsinhar ta’ Londra. Raġel li jożbor u jieħu ħsieb is-siġar inqatel bil-magna li kien qed juża…kienet mewta mill-aktar imdemmija, hekk kif spiċċa ħanxar għonqu.

Persuni li kellhom ix-xorti ħażina jaraw dak li ġara għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu qalu li kienet xena makabra mmens dik li miet ir-raġel li għandu bejn 30 u 40 sena.  Issa qed jinvestigaw l-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

INKREDIBBLI – baqa’ ħaj għax żamm imnieħru ‘l fuq mit-tajn

Daniel Miller ta’ 45 sena minn New South Wales fin-North Coast tal-Awstralja rnexxilu jsalva minn mewta stramba wara li żamm imnieħru ‘l fuq mit-tajn.

Huwa kien qed jaħdem bil-makkinarju tiegħu meta sab ruħu fl-ilma mimli tajn, u weħel hemm. Persuna li tgħix qrib semgħat il-ftit ħsejjes li rnexxilu jagħmel, u marret għall-għajnuna.

Biex inħareġ, kellu jinteħħa l-ilma mill-ħofa li kien fiha.

Segwi aktar hawn.

Aqra aktar

Raġel iweġġa’ gravi f’residenza Marsaskala

Raġel ta’ 66 sena residenti Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq bejt ta’ residenza fi Triq l-Ikħal, Marsaskala. Dan kien it-tieni inċident li jinvolvi sellum tul il-ġurnata tal-Ħamis.

Aqra aktar

Send this to a friend