Raġel ta’ 59 sena residenti x-Xewkija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00 f’sit ta’ kostruzzjoni ħdejn Xatt ta’ Lourde, Mġarr Għawdex.

Raġel ta’ 59 sena residenti x-Xewkija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00 f’sit ta’ kostruzzjoni ħdejn Xatt ta’ Lourde, Mġarr Għawdex.
Il-Pulizija fl-Istati Uniti arrestaw raġel suspettat li kien involut f’numru ta’ sparaturi li ħolqu terrur f’Phoenix u ħallew numru ta’ persuni mejta jew imweġġa’.
Aaron Saucedo, ta’ 23 sena huwa s-suspettat ewlieni ta’ disà omiċidji. Iżda qed jiġi allegat li hu kien involut ukoll fi tnax-il sparatura. Il-maġġoranza ta’ dawn l-attakki saru bejn l-2015 u Lulju 2016 fil-belt ta’ Arizona.
Ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post fejn sabu raġel Rumen mitluq mal-art f’għadira demm. Għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom ghaddejjin.
Kien għall-ħabta tas-14:00 meta l-Pulizija, assistiti mill-bugħaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta għamlu spezzjoni taħt il-baħar ħdejn il-pont, fl-inħawi magħrufa bħala tal-Magħluq f’Marsaxlokk fejn għamlu sejba ta’ katavru ta’ raġel li kien mgħerreq flimkien ma’ vettura. Dan sar, wara informazzjoni li seta’ kien hemm xi vettura fil-baħar.
Wara din l-ispezzjoni, fil-fatt irriżulta, li fil-baħar, kien hemm vettura tat-tip Toyota Landcruiser li fiha kien hemm katavru ta’ raġel. Minn investigazzjonjiet preliminari li saru, irriżulta li l-katavru li nstab fil-vettura, huwa ta’ raġel ta’ 36 sena li joqgħod Birżebbuġa.
Libjan ta’ 33 sena li allegatament prova jagħmel ‘operazzjoni’ ta’ abort fuq is-sieħba tiegħu, wara li segwa filmati fuq youtube wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ gazzetta Libjana. Huwa qal mal-gazzetta The Observatory li huwa ta daqqa’ ta’ ponn lil mara li kienet qed tistenna tarbija fl-istonku tagħha waqt argument, iżda ċaħad li prova jwettaq abort.
“Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed.” Dan kien kliem mara Alġerina li temmen li jekk ir-raġel tagħha ma jsawwatiex, ir-raġel ma jkunx raġel biżejjed. Dan qalitu b’daħka fuq fommha u ma kinitx hi biss li f’servizz li sar għat-televiżjoni fl-Alġerija, wara rapporti li ħarġu li aktar minn 8,800 mara kienu suġġetti għal vjolenza domestika, li qalet li hija xi ħaġa normali li r-raġel isawwat lil mara.
Ragel ta’ 71 sena miet wara li ttajjar minn vettura, Triq l-Ingiered, viċin San Vincenz de Paule. Huwa ttajjar minn raġel ieħor ta’ 58 sena li kien qed issuq vettura tat-tip Toyota helix u huwa residenti l-Imqabba.
Raġel li m’għandux fejn jgħix, u li jgħix fit-toroq ta’ Majorca, fi Spanja spiċċa bla kliem u b’demgħa f’għajnejh wara li hairdresser li joffri s-servizzi tiegħu f’dan il-post offra li jagħmilu makeover mingħajr ħlas.
Is-sid tas-salon La Salvajeria, ltaqa’ ma’ dan ir-raġel bħala parker mingħajr liċenzja.
Statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika xejriet interessanti fejn jidħol l-użu tal-internet.
Fost affarijiet oħra, joħrġ ċar li l-irġiel Maltin jużaw l-internet mill-mobile milli n-nisa. Dan ġara fl-2015 u anke fl-2016. Għalkemm żdiedu n-nisa li jużaw l-internet mill-mobile, xorta waħda l-użu fost l-irġiel baqa’ għola. Din is-sena innotajna saħansitra kampanji mmirati għan-nisa, speċifikament għall-ommijiet, minn fornituri ewlenin tas-servizzi tat-telefonija u l-internet.
Terry Robinson li kien vittma ta’ 36 daqqa’ ta’ sikkina spiċċa jgħix f’parti żgħira ta’ South Shields wara li, l-ġar tiegħu li kien ir-raġel li darbu ħareġ mill-ħabs.
Send this to a friend