raġel – Page 3 – One News

Notifiki

Sentenza sospiża wara li għamel ħsarat fuq karozza f’Għajnsielem

Raġel ta’ 45 sena mill-Qala Għawdex ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li għamel ħsara estensiva fuq vettura f’Għajnsielem.

Id-danni tal-ħsarat miġjuba jammuntaw għal iżjed minn elfejn u ħames mitt ewro.

Quddiem il-Maġistrat Joanne Vella, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien ordnat iħallas id-danni kkaġunati minnu fi żmien sitt xhur.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni.

Iweġġa raġel f’Birkirkara

Illum fid-09: 00 ta’ filgħodu  ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Santa Marija f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq is-sit. Investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel ta’ 45 sena , li joqgħod Birkirkara kien għadu kif ħareġ minn Ford Transit, meta din għal xi raġuni ċaqilqet u b’hekk weġġa r-raġel.

L-ambulanza li ssejħet fuq il-post ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-iktar kura.

Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

 

Send this to a friend