raġel – Page 2 – One News

Notifiki

Jinstab qawwi u sħiħ ir-raġel minn Santa Venera li kien irrappurtat nieqes ilbieraħ

Carmelo (Charlie) Calleja ta’ 50 sena, instab qawwi u sħiħ wara li kien irrappurtat nieqes il-Ħadd.

F’appell biex il-pubbliku jgħin biex ir-raġel jinstab, il-Pulizija qalet li Callejja kien deher l-aħħar fir-residenza tiegħu f’Santa Venera dalgħodu u kien liebes qmis (chequered) blu tal-flanella, qalziet kaħlan, u żarbun kaħlan.

Ara wkoll:

Raġel minn Santa Venera rrapportat nieqes

 

Kemm int raġel?

Dan huwa filmat li tnieda mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà bil-għan li tħeġġeġ lis-subien u lill-rġiel li jkunu se jwettqu suwiċidju biex ikunu rġiel u jfittxu l-għajnuna.

Statistika ppublikata waqt it-tnedija tal-filmat fil-Palazz ta’ San Anton bħala parti mill-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali turi li tmienja u tmenin fil-mija tal-persuni li neħħew ħajjithom b’idejhom fil-gżejjer Maltin saru mill-irġiel.

Fl-aħħar sena u nofs biss 30 minn 37 suwiċidju saru mill-irġiel.Aqra aktar

Ikaxkar mara mal-art biex jisraqha

Mara ta’ 56 sena sofriet minn ġrieħi ħfief wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-06:30 sfat attakkata minn raġel u ħatfilha xi oġġetti minn idha.  Jidher li waqt li kienet miexja fuq il-bankina raġel ta’ karnaġġjon skur prova jaħtfilha l-brazzuletta minn idha bil-konsegwenza li tilfet il-bilanċ u waqgħet mal-art. Apparti l-waqa’ l-mara sfat imkaxkra mal-art mill-aggressur.  Aqra aktar

Send this to a friend