Raġel jinżamm arrestat wara li allegatament wettaq 21 serqa

Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’21 serqa differenti minn siti ta’ kostruzzjoni u djar li għadhom vojta.

Il-Pulizija rnexxiela tasal għar-raġel ta’ 49 sena tard il-Ħadd filgħaxija, wara investigazzjoni bejn il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u uffiċjali mid-Distrett ta’ Tas-Sliema.

Huwa ġie arrestat fir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa hekk kif il-Pulizija ċċirkondawh.

Aqra aktar

Send this to a friend