Raġel fil-periklu tal-mewt – jintlaqat minn karozza r-Rabat

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs seħħ inċident stradali fil-post magħruf bħala Santa Katerina limiti tar-Rabat.

Raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar safa’ milqut minn vettura tat-tip Subaru Justy li kienet misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti x-Xgħajra, wara li din għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura.

Ir-raġel ingħata l-ewwel asssitenza minn xi persuni li kienu qrib tiegħu sakemm fuq il-post waslet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Il-proġett tan-Nigret fost l-aktar prestiġjuż

Dik li għal dawn l-aħħar snin serviet bħala ‘Roundabout’ fiż-żona tan-Nigret ir-Rabat, waslet biex tkun klassifikata bħala waħda mill-aqwa proġetti mondjali. Hekk kif il-proġett taċ-Ċentru tal-Konservazzjoni tal-Ilma fin-Nigret huwa wieħed mill-finalisti tal-aktar proġetti ta’ kalibri fuq skala internazzjonali.
Aqra aktar

Waqa’ aktar minn sular u spiċċa mixħut f’għalqa fir-Rabat

 

Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħal Lija jinsab f’qagħda kritika wara li aktarx waqa’ għoli ta’ madwar nofs sular mit-triq u spiċċa mixħut f’għalqa r-Rabat.

Kien dalgħodu għall-ħabta tal-10:15 li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. L-informazzjoni daħlet minn persuna li kienet għaddejja fl-inħawi, li qalet li ż-żagħżugħ kien jidher mitluf minn sensih.  Ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Faċċata isbaħ għall-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat

 

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat permess ta’ żvilupp għal xogħlijiet ta’ restawr li għandhom jitwettqu fuq il-faċċata tal-knisja ddedikata lil San Mark fir-Rabat.

Ix-xogħlijiet ta’ restawr se jinkludu t-tneħħija ta’ kull metall, kejbils tal-dawl mejta u siment filwaqt li jindirizzaw ukoll id-deterjorazzjoni tal-ġebel kkawżat mill-elementi.

Aqra aktar

Il-Loġġa tal-Palju lura għal kif riedha l-Granmastru

Ġiet irrestawrata l-Loġġa tal-Palju tar-Rabat, binja assoċjata mill-qrib mal-festa tal-Imnarja, li se ssir għada.

Fil-fatt, il-festa tal-Imnarja tibda bil-qari tal-bandu fis-Saqqajja u barra l-Wirja Agrikola fil-Buskett ikun hemm it-tiġrijiet tal-bejjem taħt is-Saqqajja.

Dawn it-tiġrijiet huma parti importanti mill-festa tal-Imnarja u kien jiġi l-Granmastru biex isegwihom. Kien għall-kumdità tal-Granmastru li nbniet il-loġġa.

Aqra aktar

Protesta dwar inkonvenjent biex tidħol il-Baħrija

Residenti li joqgħodu fl-inħawi tal-Baħrija u s-Salvatur fir-Rabat organizzaw protesta fid-dawl li bħalissa qed isiru diversi xogħlijiet biex jitwassal is-servizz tad-drenaġġ fil-Baħrija. Dawn ix-xogħlijiet kellhom jieħdu ftit iżjed taż-żmien dan minħabba d-diversi sejbiet storiċi f’ dawn l-inħawi.

Intant il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-ilma qalet li dan ix-xogħol mistenni jkun lest fil-gimgħat li ġejjin dan hekk kif fadal biss l-aħħar 30 metru tat-triq li fiha nstabu dawn is-sejbiet storiċi fosthom oqbra bl-għadam.

Diversi residenti tal-baħrija illejla ingħaqdu fi protesta sabiex isemmgħu l-karba tagħhom għall- istat tat-toroq ulterjuri li bħalissa qegħdin jgħaddu minnhom minħabba li fit-triq prinċipali għaddejjin ix-xogħlijiet tas-servizzi tad-drenaġġ.

Aqra aktar

Send this to a friend