Filmat: Jisfronda parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Sorsi fuq il-post qalulna li Fr Martin Coleiro, l-Gwardjan tal-Knisja, ġie assistit minn tabib minħabba x-xokk. Jidher li hemm ħsarat estensivi hekk kif  l-artal tan-nofs tkisser kompletament, u l-artal li fuqu hemm it-tabernaklu xxaqqaq f’ żewġ bnadi iżda jista’ jitranġa.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.Aqra aktar

Jibdew xogħlijiet estensivi fit-toroq madwar il-Villa Rumana fir-Rabat

Mil-lum, Transport Malta ser tibda xogħlijiet estensivi fit-toroq fl-inħawi tar-Roman Villa r-Rabat. Ix-xogħol ser isir f’fażijiet matul il-ġurnata u mistenni li jkun lest sat-tieni ġimgħa t’Awwissu 2017.

Ix-xogħlijiet ser isiru mit-triq li tinsab kantuniera mal-bank saċ-ċimiterju tar-Rabat, u jinkludu wkoll il-pjazza ta’ quddiem ir-Roman Villa.

Aqra aktar

“Ma nistax nemmen u naċċetta li qatt m’hu se nerġa’ nkellmek”

Il-jum tal-Ħadd beda b’aħbar ħażina, hekk kif fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu l-Pulizija sabet żagħżugħ ta’ 22 sena mitluf minn sensih li wara ftit minuti tilef ħajtu. Huwa nstab quddiem post ta’ divertiment fl-Iklin.

Iż-żagħżugħ kien David Caruana li għal mewt tiegħu irreaġixxew il-ħbieb u l-kollegi tiegħu fuq il-profil ta’ facebook.

Spikkaw il-kummenti ta’ tifħir għal dan iż-żagħżugħ li ddeskrivewh bħala ħabib ta’ vera, ċajtier u li dejjem kont issibu f’mumenti diffiċli.

Aqra aktar

FILMAT: Festa ta’ karti u kuluri fir-Rabat

Mat-tokki ta’ nofsinhar il-Ħadd, il-pjazza ta’ Rabat inbidlet f’festa ta’ kuluri u karti.

Għal dawn l-aħħar snin, attrazzjoni ewlenija waqt il-marċ tal-Ħadd filgħodu nistgħu ngħidu saret kważi tradizzjoni annwali li ssir fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl.

Iltqajna ma’ Henry Debattista, c-chairman ta’ żgħażagħ rabtin pawlini li fissrilna aktar fuq din il-festa ta’ karti kkuluriti sinkronizzata mal-mużika.

Aqra aktar

L-Imnarja u l-Festi Ċentinarji Pawlini fir-Rabat – ħafna x’tara u fejn tmur f’dawn il-jiem!

Huma diversi l-attivitajiet ċentinarji li qed isiru fl-okkażjoni tal-1950 mill-Martirju ta’ San Pawl li huwa l-Patrun tal-Parroċċa Kolleġjata tar-Rabat u tad-Djoċesi Maltija. Ilbieraħ fid-9pm saret Son et Lumiere ‘Apostolo Gentium’ fil-Pjazza tal-Parroċċa tar-Rabat.   Dan huwa rappreżentazzjoni b’mużika u proġettazzjoni ta` dwal fuq il-faċċata tal-Knisja.
Dalgħodu fit-tmienja ssir is-soltu translazzjoni mill-Arcisqof mill-Kattidral tal-Imdina għal Kolleġjata ta` San Pawl tar-Rabat.   (Wara fil-Buskett tissokta l-wirja agrarja).
Fil-għaxija fl-okkażjoni tas-solennita` tal-1950 sena mill-Martirju ta` San Pawl wara li tintem il-quddiesa tat-tridu ser ikun hemm żewġ baned fir-Rabat:   Il-Banda ta` Birżebbuġa bl-istatwa ta` San Pietru u l-Banda Konti Ruġġieru bl-istatwa ta` San Pawl fuq iż-żiemel mill-Parroċċa ta` San Pawl ta` Ħal-Safi.   Din id-dimostrazzjoni festiva ser tilħaq il-qofol tagħha meta iż-żewġ baned jaslu l-pjazza.

Aqra aktar

Żagħżugħ jitlef ħajtu – jaqa’ zoptu fi stabiliment

Żagħżugħ ta’ tletin sena mill-Ħamrun tilef ħajtu waqt li kien fi stabiliment ta’ divertiment fil-limiti tar-Rabat.

Dan seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl, meta ż-żagħżugħ waqa’ mal-art, mitluf minn sensih. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-isptar Mater Dei. Hemm tilef ħajtu għall-ħabta tas-siegħa. Il-Maġistrat Audrey Demicoli qed tmexxi inkjesta Maġisterjali.

Minn skola se tagħlaq fir-Rabat għal waħda tal-ogħla livell

Illum ġiet inawgurata l-aħħar parti tal-middle school tar-Rabat Malta. Ix-xogħol fuq din l-iskola beda fl-2013, iżda kien hemm problemi minħabbar li taħt l-art instabu oqbra puniċi.

Il-problema inqalbet fi sfida u opportunità, hekk kif l-oqbra ta’ valur storiku ġew inkorporati mal-iskola infisha, biex minn skola se tingħalaq saret waħda tal-ogħla livell. Din ġiet inawgurata llum fil-preżenza tal-Ministru Evarist Bartolo, u se tilqa’ fiha studenti tal-Form one u tal-Form two. 

“Gvern Laburista għamel ħafna pożittiv, u hekk se jkompli jagħmel”

“Ħaddieħor jibgħat il-kontijiet intom tibgħatu ċ-ċekkijiet,” dan kien il-kumment ta’ raġel li ltaqa’ miegħu l-Prim Ministru llum f’Ta Xbiex.

Kumment li fi kliem il-Prim Ministru jispjega d-differenza bejn l-Oppożizzjoni u Gvern Laburista. Hawnhekk, il-Mexxej Laburista ta elenku ta’ waħda mill-ħames wegħdiet ewlenin, dik ta’ inqas taxxi.

Joseph Muscat qal li “filwaqt li ħaddieħor qed jitkellem dwar negozji biss, b’dawn il-miżuri se nkunu qed ngħinu lil sidien ta’ negozji, self-employed u kull min joħroġ filgħodu biex jaħdem. Sa tmiem din il-leġiżlatura l-inqas ċekk li tista’ tirċievi huwa ta’ €200 filwaqt li l-iktar huwa ta’ €340.” Din il-proposta se tkun qed tagħti tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000, jiġifieri se jkunu qed jibbenefikaw minna madwar 190,000 taxpayer.

Il-Prim Ministru taħt it-tinda fir-Rabat sostna li l-wegħdiet imħabbra mill-Partit Laburista huma kollha costed u spjega li l-ewwel pass kien li jiġi diskuss internament li l-proposti tal-Partit Laburista jkunu jagħmlu sens u jistgħu jitwettqu. Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista huwa ukoll kredibbli għaliex fi żmien erbà snin għamel numru ta’ kisbiet importanti.

Aqra aktar

Send this to a friend