Jitlob biex ismu ma jixxandarx iżda juża kliem oxxen fil-konfront tal-ġurnalisti

Raġel ta’ 37 sena inżamm arrestat wara li fil-qorti wieġeb ħati li kkommetta serq ta’ aktar minn 2,300 ewro, u li kien riċediv minħabba li kiser il-kondizzjonijiet imposti fuqu f’żewġ sentenzi separati mogħtija lilu mill-Maġistrati Anthony Vella u Natasha Galea Sciberras.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, f’każin li jinsab fi Triq il-Kbira r-Rabat.

L-imputat li uża kliem oxxen fil-konfront tal-ġurnalisti hu u dieħel l-għatba tal-Qorti talab lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex ismu ma jixxandarx fuq il-media minħabba li uliedu kienu qed jiġu bbuljati minn tfal oħra kawża tal-atteġjamenti tiegħu.

Minkejja li l-Maġistrat laqgħat it-talba tal-akkużat għall-aħjar interess ta’ uliedu, lanqas laħqu għaddew ħames minuti, li l-imputat ma reġgħax ġab ruħu b’mod arroganti-din id-darba b’mossi dispreġġjattivi lejn il-krew tal-media.

Aġġornat: Tinstab l-istatwa ta’ San Ġużepp li nsterqet minn tieqa

Wara appell imqanqal fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn intalbet l-għajnuna tal-pubbliku dwar statwa antika ta’ San Ġużepp li nsterqet minn tieqa ta’ residenza, din instabet.

Il-każ ġara f’jum il-festa ta’ San Ġużepp ilbieraħ 19 ta’ Marzu fit-8.15pm fi Triq Santa Marija fir-Rabat. Jidher li l-persuna li serqitu biegħhet l-istatwa għal prezz ta’ €30 biss; liema xerrej malli ra l-avviż li sar minn ONE News ċempel lis-sid u rritornah lura.

Ordnata tħallas għax kien tort tagħha

Mara ġiet ordnata tħallas iktar minn erbatax-il elf ewro lil kumpanija tal-assigurazzjoni b’rabta ma’ ħabta li seħħet fir-Rabat u li nstab li kien tort tagħha.

Elmo Insurance fetħet proċeduri kontra Sharon Gatt fuq inċident tat-traffiku li seħħ f’Jannar tal-elfejn u għaxra fi Triq it-Tiġrija. Dakinhar, Lilian Muscat kienet qed issuq il-vettura ta’ żewgha meta seħħet ħabta mal-karozza ta’ Gatt.

Aqra aktar

It-Tabiba tar-Rabat tagħti b’donazzjoni l-katavru tagħha għar-riċerka

Mhux se jkun qed isir funeral għat-tabiba tant maħbuba fir-Rabat Dr. Tania van Avendok li mietet fl-età ta’ 53 sena.

Is-sens t’altruiżmu jkompli wara mewtha fejn hi nnifisha ħalliet li l-ġisem tagħha jintuża għal studju u riċerka fl-Università ta’ Malta mit-tobba futuri. Dan il-fatt jiswa mitqlu deheb għal dawk li jkunu qed jagħmlu riċerka fil-qasam mediku.

It-tabiba Van Avendok mardet b’kanċer fil-frixa; madanakollu kompliet timxi jum b’jum tul it-3 snin li fiha sofriet b’din il-marda qerrieda.

Il-kanċer fil-frixa huwa marda li fiha ċ-ċelloli kanċerużi jiffurmaw fit-tessuti tal-frixa. Il-frixa hija glandola li tinsab wara l-istonku, eżatt quddiem l-ispina.

Minflok se ssir quddiesa b’suffraġju għal ruħha, nhar is-sibt 10 ta’ Frar fis-13.oo fil-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat.

 

Ħidma immedjata biex jitneħħa l-periklu

Il-konsegwenzi tal-ħerba li seħħet kmieni l-Erbgħa filgħodu meta fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja ta’ Giezu fir-Rabat kompla joħroġ fid-deher kmieni l-Ħamis filgħodu meta tnehha l-membrane minn mas-saqaf –  l-uniku materjal li baqa’ ma nizilx mat-terrapien, xorok u travi mnawrin li qerdu għalkollox l-artal fuq il-presbiterju.

Ma’ One News, Patri Martin Coleiro qal li qatt ma’ ħolmu b’din it-traġedja izda ma eskludiex li minn dan kollu l-knisja antika ta’ Ġiezu jkollha wkoll il-koppla tagħha wara mijiet ta’ snin mindu fetħet il-bibien tagħha.

Aqra aktar

Il-President ta’ Malta żżur il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, żaret il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat mmexxija mill-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, wara t-traġedja li seħħet matul il-lejl. Il-President ġiet milqugħa mill-Gwardjan tal-Franġiskani, Father Martin Coleiro u mill-Provinċjal, Fr Richard Grech.

Il-President appellat lill-Maltin u Għawdxin biex f’mument bħal dan, jingħaqdu flimkien u jagħtu l-kontribut tagħhom kif jistgħu, anke permezz tal-kont bankarju li ġie maħluq apposta (BOV – 400 2086 8884), sabiex jiġi kkonservat dan il-wirt storiku tagħna.

Il-President Coleiro Preca, rringrazzjat lill-membri tal-komunità’ tar-Rabat li kienu preżenti fil-Knisja u rringrazzjat lill-entitajiet kummerċjali li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom ukoll bħala eżerċizzju ta’ Corporate Social Responsibility.

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.

Għal iktar dettalji agħfsu hawn.

Send this to a friend