Bil-Filmat: Daqqa ta’ ħarta oħra għal missier u iben fir-Rabat

“Lejl tal-biża’. Qas niflaħ nitkellem. Ġejt hawn, u sibt kollox vampa nar.”  Hekk stqarr Xmun Azzopardi ta’ 77 sena, sid ta’ razzett tal-baqar fir-Rabat, wara li r-razzett li minnu, flimkien ma’ ibnu, jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum, matul il-lejl li għadda ħa n-nar. Dan b’konsegwenza li nqerdu b’erbgħin elf ewro f’balal tat-tiben.

Aqra aktar

ARA: Il-Festa ta’ Corpus fir-Rabat

Il-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat tfakkar l-Festa ta’ Corpus bħala waħda mill-festi prinċipali tagħha.

Dan jixduh l-armar li hemm fit-toroq tar-Rabat u anki fil-knisja ta’ San Pawl – ilkoll imzejna b’tizjin mill-isbaħ għall-festa ta’ Corpus. Bl-artal maġġur armat b’sitta u sittin xema.

Aqra aktar

Xogħlijiet infrastrutturali fil-Buskett

Il-ministru Ian Borg ħabbar li mistenni jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-toroq tal-masġar tal-Buskett. Permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook, Il-Ministru qal li fil-passat kienet il-prassi sabiex fil-jiem ta’ qabel l-Imnarja jintbagħtu numru ta’ ħaddiema sabiex jimlew il-ħofor tat-triq bil-qatran u b’xi romblu żgħir. Traqqiegħ li kien iservi biss għal ftit jiem u wara kien iħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija tal-masġar hekk kif bis-sħana l-qatran kien jinxtered lill-hinn mill-ħofor.

borg tenna li dawn it-tip ta’ xogħlijet m’humiex aktar aċċettabbli u reġa tenna l-impenn tal-Gvern li Malta jkollha l-infrastruttura li jixirqilha.
Aqra aktar

L-ewwel tour nazzjonali minn ŻfinMalta

Rekord ta’ 650 żeffien professjonali minn 25 pajjiż differenti qed jaspiraw li jingħaqdu mal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin Maltija: ŻfinMalta.

Id-direttur artistiku Paolo Mangiola sostna li kellu mumenti iebsin biex ikun jista’ jnaqqas il-lista tal-applikanti għal 50 mara u 30 raġel fejn qal li se tkompli tkun iżjed diffiċli meta se jiġi għall-għażla finali wara auditions li se jsiru.

6 żeffiena biss minn 650 kienu Maltin. Dan juri li hawn bżonn urġenti li tiżdied din il-vokazzjoni fejn il-Maltin jiġu nkoraġġuti jitgħallmu din il-passjoni sabiħa.

Il-kumpanija ŻfinMalta se tkun qed tagħmel l-ewwel tour nazzjonali Carmen f’ erba’ villaġġi madwar Malta u Għawdex; jibdew min-nhar il-Ġimgħa 13 ta’ April fl-Auditorium ta’ Santa Agatha fir-Rabat, fil-21 ta’ April fit-Teatru Pandora fiż-Żejtun u fit-30 ra’ April u fl-1 ta’ Mejju fit-Teatru Astra fir-Rabat Għawdex.

Għal aktar informazzjoni żuru: http://zfinmalta.org jew ċemplu fuq 2099 4532.

 

Send this to a friend