Rabat – One News

Notifiki

Inawgurat restawr fil-bażilika minuri tar-Rabat

B’investiment ta’ madwar €80,000 tlesta proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-pitturi li jinsabu mas-saqaf tal-kappella ddedikata lil Sant’Antnin fil-Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir-Rabat.Aqra aktar

Il-knisja ta’ San Pawl fir-Rabat issa Bażilika

B’digriet mill-Vatikan il-Knisja Arċipretali u Kolleġjata ta’ San Pawl fir-Rabat Malta ġiet mgħollija għal titlu ta’ Bażilika. Aħbar pożittiva li ferħet lill-Pawlin kollha wara snin ta’ stennija. Aqra aktar

Investiment ta’ €100,000 fl-infrastruttura tal-qalba tar-Rabat

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar l-inħawi tal-Knisja Kolleġġjata u Proto-Parrokjali ta’ San Pawl fir-Rabat fejn se jsir investiment ta’ €100,000 fl-infrastruttura ta’ din il-parti tal-lokalità. Għal din l-attività kien hemm preżenti l-Kunsill Lokali, it-tmexxija ta’ Infrastructure Malta u l-arċipriet. Aqra aktar

Il-Captain tat-tim Nazzjonali b’messaġġ ta’ kuraġġ għall-ġuvni li ttajjar minn karozza fir-Rabat

“Bħal ma jiġri fil-futbol, meta nkunu minn taħt jew ikollna xi diffikultajiet ikun il-mument li nirreġixxu u nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex negħlbu din il-logħba.” Dan kien messaġġ ta’ kuraġġ mill-captain tat-tim Nazzjonali u plejer tal-Hibernians Andrei Agius lill-ġuvni ta’ 18-il sena mill-Imtarfa li jumejn ilu safa mtajjar waqt li kien qed jiġri f’Ħad Dingli. Aqra aktar

Ir-Rabat b’sindku Laburista ġdid u b’kunsillier b’diżabilità

Ir-Rabat għażel lill-Partit Laburista biex imexxih fil-ħames snin li ġejjin. Sandro Craus kien ikkonfermat bħala sindku, filwaqt li ż-żagħżugħ Matthew Chetcuti ġie elett fil-kunsill lokali. Chetcuti kien wieħed minn numru ta’ kandidati f’isem il-Partit Laburista li għandhom diżabilità.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Chetcuti qal li dan il-vot ifisser li r-Rabtin ma ħarsux lejn id-diżabilità tiegħu iżda lejn dak li kapaċi jagħmel.

 

Send this to a friend