Notifiki

ARA: Preparamenti għall-quddiesa ta’ Sibt il-Għid virtwalment

Sibt il-Għid – jum sinjifikanti għall-Insara kollha.

Hawnhekk ONE News żar il-knisja parrokkjali ta’ ħaż-Żebbuġ, fejn minħabba l-pandemija kienu għaddejja preparamenti speċjali biex il-quddies ta’ filgħaxija ta’ Sibt il-Għid tittella’ b’mod virtwali.Aqra aktar

Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi fil-knejjes

Il-Knisja ħabbret li qed twaqqaf il-funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall-quddies tal-funeral u ċ-ċelebrazzjoni tar-rit taż-żwieġ.

Il-Kurja qalet li dawn il-miżuri li qed jitħabbru bi qbil mal-awtoritajiet tas-Saħħa, se jibqgħu fis-seħħ sal-ħdax tal-April.

Fi stqarrija il-Kurja qalet li l-Knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat-talb privat.

Il-Knisja saħqet biex meta wieħed jidħol il-Knisja għandu jibqa’ jimxi mal-miżuri kollha preżenti għall-ħarsien tas-saħħa.

L-Isqfijiet ħeġġew lil kulħadd biex f’dan iż-żmien iħarsu id-direttivi filwaqt li jappellaw għat-talb għas-saħħa tal-poplu tagħna.

L-Insara huma mistiedna ta’ kuljum jingħaqdu fit-talb permezz taċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mxandra anki fuq l-istazzjon ONE.

Send this to a friend